Skip to main content
European Digital Innovation Hubs Network

INTERPRETAZZJONI TAL-PUNTEĠĠI TAD-DMA GĦAL SMEs U PSOs

SMEs

 

 

Analiżi tal-Punteġġ Ġenerali

 

Bażiku 0-25 %

Grazzi tal-ħin u l-isforz tiegħek biex timla l-kwestjonarju tad-DMA għall-SMEs! 

Il-punteġġ medju li ksibt juri li l-organizzazzjoni tiegħek tinsab fil-bidu tal-proċess ta’ trasformazzjoni diġitali tagħha u ċertament tista’ tikseb benefiċċji sinifikanti anke minn investimenti limitati fit-teknoloġiji u fil-ħiliet diġitali biex ittejjeb l-operazzjonijiet u l-prodotti. L-investimenti tiegħek fit-teknoloġiji diġitali għadhom limitati u jkopru l-aktar kompiti amministrattivi filwaqt li l-organizzazzjoni tiegħek tista’ tieħu passi (f’termini ta’ pjanijiet u riżorsi) biex takkomoda soluzzjonijiet aktar avvanzati. Inti qed tuża xi teknoloġiji aċċessibbli għal kulħadd għall-operazzjonijiet tiegħek ta’ kuljum iżda tista’ tibbenefika aktar mill-opportunitajiet offruti minn teknoloġiji aktar reċenti bbażati fuq l-internet (jiġifieri l-kummerċ elettroniku, il-B2B, il-B2C eċċ.) u oħrajn aktar avvanzati (jiġifieri l-IA). Tista’ wkoll tinvesti aktar fit-taħriġ tal-persunal, fir-reklutaġġ ta’ professjonisti speċjalizzati fl-IT u fl-involviment u fit-tħejjija b’mod attiv tal-persunal tiegħek fl-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda li jistgħu jibdlu l-mod li bih il-kompiti jsiru bħalissa. Tkun tista’ tikseb ħafna benefiċċji billi tadotta u timplimenta strateġija olistika tad-data, inkluża s-sigurtà tad-data. Dan jipprovdilek kapaċitajiet akbar għall-analitika tad-data u jappoġġa l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħek. Tista’ tadotta wkoll teknoloġiji tal-ICT li jistgħu jgħinu lill-organizzazzjoni tiegħek issir aktar sostenibbli fl-operazzjonijiet tagħha (tnaqqas l-impronta ambjentali tiegħek) filwaqt li tista’ tagħti prijorità lill-għażla ta’ prodotti diġitali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (tagħmir tal-IT). 

Fil-każ tiegħek, hemm potenzjal kbir mhux sfruttat u l-esperimentazzjoni u l-adozzjoni ta’ aktar teknoloġiji diġitali jistgħu jagħtu spinta immedjata lill-produttività u l-prospetti tal-kumpanija tiegħek. 

Dan il-punteġġ huwa kkalkolat bħala medja mill-punteġġi li tkun ksibt fis-sitt dimensjonijiet tal-kwestjonarju tad-DMA sottomess tiegħek: i) Strateġija tan-Negozju Diġitali ii) Prontezza Diġitali iii) Diġitalizzazzjoni Ċċentrata fuq il-Bniedem iv) Ġestjoni tad-Data v) Awtomatizzazzjoni u Intelliġenza u vi) Diġitalizzazzjoni Ekoloġika. Aħna nħeġġuk taqra bir-reqqa l-interpretazzjoni tal-punteġġi ta’ kull waħda mis-sitt dimensjonijiet b’kummenti u b’suġġerimenti rilevanti dwar l-istatus kurrenti tiegħek f’kull waħda minnhom u l-potenzjal mhux esplorat li tista’ tindirizza bl-għajnuna ta’ EDIH.

 

Medju 26-50 %

 

Grazzi tal-ħin u l-isforz tiegħek biex timla l-kwestjonarju tad-DMA għall-SMEs! 

Il-punteġġ medju li ksibt juri li l-organizzazzjoni tiegħek diġà kisbet livell medju ta’ maturità diġitali, madankollu għad hemm lok għal titjib. Tista’ tikseb benefiċċji sinifikanti minn investimenti addizzjonali fit-teknoloġiji u fil-ħiliet diġitali biex ittejjeb l-operazzjonijiet u l-prodotti. L-investimenti kurrenti tiegħek fit-teknoloġiji diġitali jkopru firxa tal-operazzjonijiet kummerċjali ewlenin tiegħek filwaqt li tista’ żżid il-livell ta’ prontezza tiegħek (f’termini ta’ pjanijiet u riżorsi) sabiex takkomoda soluzzjonijiet aktar avvanzati. Inti qed tuża għadd ta’ teknoloġiji aċċessibbli għal kulħadd għall-operazzjonijiet tiegħek filwaqt li tista’ tibbenefika aktar bl-adozzjoni ta’ teknoloġiji aktar avvanzati (jiġifieri Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni, ERP, kummerċ elettroniku, B2B, B2C, B2G, networks soċjali eċċ.) u oħrajn aktar fixkiela (jiġifieri l-IA). Il-persunal tiegħek għandu livell medju ta’ ħiliet diġitali, madankollu sabiex tavvanza fit-trasformazzjoni diġitali tiegħek, tkun teħtieġ taħriġ ippjanat u eżegwit sew tal-persunal, u professjonisti speċjalizzati fl-IT biex jappoġġawk. Il-maniġment u l-persunal għandhom jirċievu l-inkoraġġiment meħtieġ biex jinvolvu u jappoġġaw bis-sħiħ l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda mingħajr biża’ mill-bidliet li din iġġib. Jista’ jkun li diġà għandek ħafna informazzjoni dwar in-negozju f’forma diġitali iżda kieku tibbenefika bil-kbir minn strateġija komprensiva tad-data, inkluża s-sigurtà tad-data. Din tipprovdilek kapaċitajiet akbar għall-analitika tad-data u tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ livell għoli. It-teknoloġiji tal-ICT jistgħu jiġu adottati wkoll biex jgħinu lill-organizzazzjoni tiegħek issir aktar sostenibbli fl-operazzjonijiet tagħha (tnaqqas l-impronta ambjentali tiegħek) filwaqt li tista’ tagħti prijorità lill-għażla ta’ prodotti diġitali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (tagħmir tal-IT).

It-titjib tal-maturità diġitali tad-ditta tiegħek jista’ jżid il-kompetittività tiegħek u jressqek eqreb lejn kompetituri maturi aktar diġitali fis-suq ta’ interess tiegħek. Dan jipprovdilek ukoll vantaġġ kompetittiv fuq kompetituri anqas żviluppati diġitalment. 

Dan il-punteġġ huwa kkalkolat bħala medja mill-punteġġi li tkun ksibt fis-sitt dimensjonijiet tal-kwestjonarju tad-DMA sottomess tiegħek: i) Strateġija tan-Negozju Diġitali ii) Prontezza Diġitali iii) Diġitalizzazzjoni Ċċentrata fuq il-Bniedem iv) Ġestjoni tad-Data v) Awtomatizzazzjoni u Intelliġenza u vi) Diġitalizzazzjoni Ekoloġika. Inħeġġuk taqra bir-reqqa l-interpretazzjoni tal-punteġġi ta’ kull waħda mis-sitt dimensjonijiet b’kummenti u b’suġġerimenti rilevanti dwar l-istatus kurrenti tiegħek f’kull waħda minnhom u l-potenzjal mhux esplorat li tista’ tindirizza bl-għajnuna ta’ EDIH.

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

Grazzi tal-ħin u l-isforz tiegħek biex timla l-kwestjonarju tad-DMA għall-SMEs! 

Il-punteġġ medju li ksibt juri li l-organizzazzjoni tiegħek diġà tinsab fi stadju moderatament avvanzat tal-proċess ta’ trasformazzjoni diġitali tagħha. Dan ifisser li diġà qed tgawdi mill-benefiċċji għall-organizzazzjoni tiegħek mill-użu ta’ teknoloġiji diġitali kemm dawk aċċessibbli għal kulħadd kif ukoll, sa ċertu punt, xi wħud avvanzati. Għalkemm diġà tinsab fit-triq lejn it-trasformazzjoni diġitali, tista’ tkompli ttejjeb il-kompetittività, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà permezz ta’ investimenti aktar immirati fit-teknoloġiji u l-ħiliet diġitali. L-investimenti kurrenti tiegħek fit-teknoloġiji diġitali jkopru firxa wiesgħa tal-operazzjonijiet kummerċjali tiegħek iżda għad hemm lok biex jiżdied il-livell ta’ prontezza tiegħek (f’termini ta’ pjanijiet u riżorsi) sabiex jiġu akkomodati soluzzjonijiet aktar sofistikati. Bħalissa qed tuża l-biċċa l-kbira tat-teknoloġiji aċċessibbli għal kulħadd disponibbli għall-operazzjonijiet tiegħek iżda għad hemm ħafna potenzjal mhux sfruttat bl-adozzjoni ta’ teknoloġiji aktar avvanzati inklużi dawk aktar fixkiela (jiġifieri l-IA). Il-persunal tiegħek għandu livell għoli ta’ ħiliet diġitali, madankollu sabiex tavvanza fit-trasformazzjoni diġitali tiegħek teħtieġ programm ta’ taħriġ ippjanat u eżegwit sew tal-persunal, u professjonisti speċjalizzati fl-IT biex jappoġġawk. Il-livelli kollha ta’ maniġment u ta’ persunal għandhom jirċievu l-inkoraġġiment meħtieġ biex jinvolvu u jappoġġaw bis-sħiħ l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali aktar avvanzati mingħajr biża’ mill-bidliet li din iġġib. Il-kapaċitajiet tal-ġestjoni tad-data u s-sigurtà tad-data tiegħek huma avvanzati iżda tista’ tibbenefika aktar minn teknoloġiji diġitali li jġibu l-intelliġenza tan-negozju li għandek bżonn sabiex tegħleb il-kompetizzjoni. Jistgħu jiġu adottati wkoll aktar teknoloġiji tal-ICT biex jgħinu lill-organizzazzjoni tiegħek issir aktar sostenibbli fl-operazzjonijiet tagħha (titnaqqas l-impronta ambjentali tiegħek) filwaqt li xorta tista’ żżid il-kapaċitajiet tiegħek fl-għażla u fl-użu ta’ prodotti diġitali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (tagħmir tal-IT). 

Investimenti ġodda fid-diġitalizzazzjoni jġibu l-maturità diġitali tad-ditta tiegħek f’livell ġdid aktar avvanzat li jipprovdilek vantaġġi sinifikanti fuq il-kompetituri fir-reġjun tiegħek u lil hinn minnu fis-suq ta’ interess tiegħek. 

Dan il-punteġġ huwa kkalkolat bħala medja mill-punteġġi li tkun ksibt fis-sitt dimensjonijiet tal-kwestjonarju tad-DMA sottomess tiegħek: i) Strateġija tan-Negozju Diġitali ii) Prontezza Diġitali iii) Diġitalizzazzjoni Ċċentrata fuq il-Bniedem iv) Ġestjoni tad-Data v) Awtomatizzazzjoni u Intelliġenza u vi) Diġitalizzazzjoni Ekoloġika. Inħeġġuk taqra bir-reqqa l-interpretazzjoni tal-punteġġi ta’ kull waħda mis-sitt dimensjonijiet b’kummenti u b’suġġerimenti rilevanti dwar l-istatus kurrenti tiegħek f’kull waħda minnhom u l-potenzjal mhux esplorat li tista’ tindirizza bl-għajnuna ta’ EDIH.

 

Avvanzat 76-100 %

 

Grazzi tal-ħin u l-isforz tiegħek biex timla l-kwestjonarju tad-DMA għall-SMEs! 

Il-punteġġ medju li ksibt juri li l-organizzazzjoni tiegħek tinsab fi stadju pjuttost avvanzat tal-proċess ta’ trasformazzjoni diġitali tagħha. Dan ifisser li inti diġà minn ta’ quddiem u l-organizzazzjoni tiegħek ilha tgawdi mill-benefiċċji tal-użu tat-teknoloġiji diġitali għal xi żmien. Inti qed tuża kemm teknoloġiji aċċessibbli għal kulħadd kif ukoll dawk aktar avvanzati għal aspetti differenti tal-operazzjonijiet tiegħek. Minkejja li diġà tinsab fi stadju avvanzat, tista’ tkompli titjieb f’oqsma bħas-sostenibbiltà u l-kompetittività billi tesperimenta/timplimenta teknoloġiji diġitali aktar ġodda u aktar fixkiela. 

Investimenti ġodda aktar iffokati f’teknoloġiji ta’ diġitalizzazzjoni avvanzati, pereżempju l-IA, jistgħu jgħinuk tikseb il-maturità diġitali li żżid il-kompetittività tiegħek globalment fis-suq ta’ interess tiegħek. 

Dan il-punteġġ huwa kkalkolat bħala medja mill-punteġġi li tkun ksibt fis-sitt dimensjonijiet tal-kwestjonarju tad-DMA sottomess tiegħek: i) Strateġija tan-Negozju Diġitali ii) Prontezza Diġitali iii) Diġitalizzazzjoni Ċċentrata fuq il-Bniedem iv) Ġestjoni tad-Data v) Awtomatizzazzjoni u Intelliġenza u vi) Diġitalizzazzjoni Ekoloġika. Inħeġġuk taqra bir-reqqa l-interpretazzjoni tal-punteġġi ta’ kull waħda mis-sitt dimensjonijiet b’kummenti u b’suġġerimenti rilevanti dwar l-istatus kurrenti tiegħek f’kull waħda minnhom u l-potenzjal mhux esplorat li tista’ tindirizza bl-għajnuna ta’ EDIH.

 

Analiżi tal-Punteġġ għal kull dimensjoni

 

  1. Strateġija tan-Negozju Diġitali

Bażiku 0-25 %

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tal-istrateġija tan-negozju u l-investimenti għad-diġitalizzazzjoni. Dan ifisser li hemm opportunità sinifikanti għal titjib. Biex ittejjeb il-livell ta’ diġitalizzazzjoni tista’ tibda billi tiddefinixxi pjan ċar u tidentifika l-mezzi finanzjarji biex tappoġġah. L-investimenti inizjali fit-teknoloġiji diġitali biex tiġi mmodernizzata parzjalment l-organizzazzjoni tiegħek huma pass inizjali tajjeb. Tista’ tibbenefika aktar mill-awtomatizzazzjoni ta’ partijiet importanti tal-operazzjonijiet tiegħek bħall-produzzjoni, is-servizzi għall-klijenti, eċċ. Tista’ tikseb ukoll vantaġġi billi tuża teknoloġiji diġitali aktar avvanzati f’oqsma bħal-loġistika, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ, ix-xiri u l-akkwist, u s-sigurtà avvanzata. 

F’termini ta’ ppjanar strateġiku, stajt identifikajt xi teknoloġiji iżda hemm ħafna opportunitajiet oħrajn ta’ diġitalizzazzjoni li jistgħu jaqdu l-objettivi kummerċjali tiegħek. Ikollok bżonn talloka baġit biex ittejjeb l-infrastruttura tal-IT tiegħek u tiżgura impenn ta’ ġestjoni biex tibbenefika bis-sħiħ minnha. Il-bidliet organizzazzjonali u tal-proċess meħtieġa għad-diġitalizzazzjoni tal-intrapriża tiegħek jistgħu jirrikjedu wkoll reklutaġġ ta’ persunal tal-IT aktar b’saħħtu.

 

Medju 26-50 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri fir-rigward tal-istrateġija tan-negozju u l-investimenti għad-diġitalizzazzjoni. Dan ifisser li hemm ħafna potenzjal għal titjib. Għandek pjan u riżorsi inizjali u l-maniġment tiegħek huwa riċettiv iżda hemm bżonn li jiġu intensifikati l-impenn u l-isforzi għal aktar diġitalizzazzjoni. Forsi investejt f’teknoloġiji diġitali sa ċertu punt biex timmodernizza l-operazzjonijiet tan-negozju tiegħek bħad-disinn tal-prodotti/tas-servizzi tiegħek, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-proġetti. Tista’ tibbenefika aktar mill-awtomatizzazzjoni ta’ partijiet importanti tal-operazzjonijiet tiegħek bħall-produzzjoni, is-servizzi għall-klijenti, eċċ. Tista’ tibbenefika wkoll mill-introduzzjoni ta’ teknoloġiji diġitali aktar avvanzati f’oqsma bħal-loġistika, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ, ix-xiri u l-akkwist, u s-sigurtà avvanzata. Inti għandek l-infrastruttura tal-IT meħtieġa biex tappoġġa livell inizjali ta’ diġitalizzazzjoni u għandek persunal b’ħiliet fl-IT, għalkemm sa ċertu punt biss.

Barra minn hekk, tista’ żżid l-importanza strateġika tad-diġitalizzazzjoni għan-negozju tiegħek sabiex tikseb impatt aktar pożittiv fuq il-proċessi jew il-kostijiet interni/esterni. Jeħtieġ li talloka aktar baġit biex ittejjeb l-infrastruttura tal-IT tiegħek u tiżgura l-impenn tal-maniġment u tal-persunal sabiex tibbenefika bis-sħiħ minnhom. Il-bidliet organizzazzjonali u tal-proċess meħtieġa għad-diġitalizzazzjoni tal-intrapriża tiegħek jistgħu jirrikjedu wkoll reklutaġġ ta’ aktar persunal tal-IT u profili speċjalizzati diġitali.

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tal-istrateġija tan-negozju u l-investimenti għad-diġitalizzazzjoni. Diġà qed tgawdi mill-benefiċċji iżda għad hemm potenzjal mhux sfruttat. Għandek pjan u riżorsi speċifiċi u impenn qawwi mill-maniġment. Saru investimenti kurrenti u ppjanati fid-diġitalizzazzjoni sabiex jiġu ottimizzati l-proċessi/l-operazzjonijiet interni u jitnaqqsu l-kostijiet.

Madankollu, tista’ tkompli ttejjeb il-kwalità tal-prodotti jew tas-servizzi permezz tad-diġitalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-pjan ta’ diġitalizzazzjoni tiegħek jeħtieġ li jiġi implimentat b’mod sod u l-investimenti ppjanati xi żmien fil-futur qrib jeħtieġ li jiġu kkonkretizzati. Il-maniġers superjuri huma ppreparati jew lesti li jmexxu l-bidliet organizzazzjonali u tal-proċess meħtieġa biex jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tal-intrapriża. Il-persunal tal-IT għandu rwol ta’ diġitalizzazzjoni – iżda jista’ jiġi fdat bi rwol akbar fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar id-diġitalizzazzjoni tan-negozju. Forsi jeħtieġ li tirrekluta profili speċjalizzati diġitali biex tappoġġa livell ogħla ta’ diġitalizzazzjoni. Fil-futur qrib tista’ tqis li tuża mudelli ta’ negozju mmexxija aktar diġitalment u intensivi fid-data. Tista’ tqis ukoll li toffri aktar prodotti u/jew servizzi b’funzjonalitajiet jew b’karatteristiċi diġitali. 

 

Avvanzat 76-100 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju pjuttost avvanzat fir-rigward tal-istrateġija tan-negozju u l-investimenti għad-diġitalizzazzjoni. Id-diġitalizzazzjoni diġà kienet prijorità għall-kumpanija tiegħek. Diġà investejt b’mod estensiv fit-teknoloġiji diġitali u għandek pjanijiet għal aktar investimenti. Inti qed issegwi pjan ċar ta’ diġitalizzazzjoni u allokajt ir-riżorsi meħtieġa (in-nies u l-baġit) biex tappoġġah – inklużi l-investimenti ppjanati fit-teknoloġiji diġitali matul is-snin li ġejjin. 

L-investimenti sinifikanti fid-diġitalizzazzjoni diġà kkontribwew biex itejbu l-kwalità tas-servizzi u/jew tal-prodotti tiegħek, biex jiddiversifikaw u jinternalizzaw l-attivitajiet kummerċjali, jottimizzaw il-proċessi/l-operazzjonijiet interni u jnaqqsu l-kostijiet. Il-maniġers superjuri huma impenjati li jkomplu jmexxu l-bidliet organizzazzjonali u tal-proċessi meħtieġa biex jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tal-intrapriża u l-persunal għandu ħiliet diġitali biżżejjed.

Tista’ tikseb aktar benefiċċji billi timplimenta teknoloġiji speċjalizzati ħafna bħall-intelliġenza artifiċjali, l-analitika avvanzata tad-data, mudelli tan-negozju mmexxija diġitalment u aktar.

 

  1. Prontezza Diġitali

Bażiku 0-25 %

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tal-prontezza diġitali (adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali). Forsi diġà tuża għadd żgħir ta’ teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd iżda b’applikazzjonijiet kummerċjali limitati ħafna. Hemm ħafna potenzjal mhux esplorat għall-kumpanija tiegħek biex iżżid il-produttività interna u taqdi aħjar lill-klijenti tagħha bl-użu ta’ teknoloġiji diġitali - kemm dawk aċċessibbli għal kulħadd kif ukoll dawk aktar avvanzati. 

Il-kumpanija tiegħek tibbenefika ħafna jekk tqis li timplimenta għadd ta’ teknoloġiji diġitali li jistgħu jagħtu spinta lill-bejgħ tiegħek (jiġifieri l-kummerċ elettroniku, il-kummerċjalizzazzjoni elettronika, eċċ.), itejbu l-effiċjenza tan-negozju (Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni, ERP), itejbu s-sodisfazzjon tal-klijenti (għodod ibbażati fuq l-internet għall-komunikazzjoni mal-klijenti), jaġġornaw il-ħiliet tal-persunal/iżidu s-sodisfazzjon u ż-żamma tal-persunal [kollaborazzjoni ta’ negozju mill-bogħod (telexogħol, apprendiment virtwali, eċċ.)].

*It-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd jirreferu għal: infrastruttura tal-konnettività, sit web tal-kumpanija, għodod ibbażati fuq l-internet għall-komunikazzjoni mal-klijenti, chats diretti/networks soċjali/chatbots għall-komunikazzjoni mal-klijenti, kummerċ elettroniku (B2B, B2C), kummerċjalizzazzjoni elettronika (reklami online, media soċjali għan-negozju eċċ.), gvern elettroniku, għodod ta’ kollaborazzjoni tan-negozju mill-bogħod (eż. telexogħol, vidjokonferenzi, apprendiment virtwali, eċċ.), portal tal-Intranet, Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni (ERP, CRM, SCM, eċċ.)

*It-teknoloġiji diġitali avvanzati jirreferu għal (b’mod indikattiv): Applikazzjonijiet tal-Intelliġenza artifiċjali (IA), robots, realtà virtwali/awmentata, applikazzjonijiet tas-CAD, IoT, sensuri intelliġenti, blockchain, stampar 3D eċċ. 

 

 

Medju 26-50 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri fir-rigward tal-prontezza diġitali (adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali). Fil-kumpanija tiegħek, qed tuża xi wħud mit-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd iżda mhux kollha. F’għadd ta’ oqsma tan-negozju – l-aktar fl-amministrazzjoni u fil-maniġment jintużaw soluzzjonijiet diġitali. Tista’ tgawdi aktar benefiċċji mill-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali speċjalizzati jew avvanzati.

Il-kumpanija tiegħek tibbenefika ħafna jekk int tqis li taċċellera l-użu ta’ għadd ta’ teknoloġiji diġitali li jistgħu jagħtu spinta lill-bejgħ tiegħek (jiġifieri l-kummerċ elettroniku, il-kummerċjalizzazzjoni elettronika, eċċ.), itejbu l-effiċjenza tan-negozju (Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni, ERP), itejbu s-sodisfazzjon tal-klijenti (għodod ibbażati fuq l-internet għall-komunikazzjoni mal-klijenti), jaġġornaw il-ħiliet tal-persunal/iżidu s-sodisfazzjon u ż-żamma tal-persunal [kollaborazzjoni ta’ negozju mill-bogħod (telexogħol, apprendiment virtwali, eċċ.)].

*It-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd jirreferu għal: infrastruttura tal-konnettività, sit web tal-kumpanija, għodod ibbażati fuq l-internet għall-komunikazzjoni mal-klijenti, chats diretti/networks soċjali/chatbots għall-komunikazzjoni mal-klijenti, kummerċ elettroniku (B2B, B2C), kummerċjalizzazzjoni elettronika (reklami online, media soċjali għan-negozju eċċ.), gvern elettroniku, għodod ta’ kollaborazzjoni tan-negozju mill-bogħod (eż. telexogħol, vidjokonferenzi, apprendiment virtwali, eċċ.), portal tal-Intranet, Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni (ERP, CRM, SCM, eċċ.)

*It-teknoloġiji diġitali avvanzati jirreferu għal (b’mod indikattiv): Applikazzjonijiet tal-Intelliġenza artifiċjali (IA), robots, realtà virtwali/awmentata, applikazzjonijiet tas-CAD, IoT, sensuri intelliġenti, blockchain, stampar 3D eċċ. 

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tal-prontezza diġitali (adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali). Probabbilment diġà tgawdi mill-benefiċċji li jistgħu joffru t-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd. Għandek infrastruttura tal-konnettività robusta u tuża teknoloġiji u applikazzjonijiet tal-internet inkluż għal skopijiet ta’ komunikazzjoni mal-klijenti u/jew bejgħ u kummerċjalizzazzjoni. Probabbilment ma varajtx bis-sħiħ applikazzjonijiet avvanzati jew integrati tan-negozju bħall-ERP, is-CRM u l-SCM iżda x’aktarx qed tikkunsidra li tagħmel dan dalwaqt. 

Inti għadek ma sfruttajtx il-potenzjal ta’ teknoloġiji diġitali aktar speċjalizzati jew avvanzati li jistgħu jipprovdu vantaġġ kompetittiv reali fl-operazzjoni tiegħek ta’ produzzjoni/bejgħ/kummerċjalizzazzjoni/servizz tal-klijenti. Is-soluzzjonijiet diġitali jintużaw l-aktar f’operazzjonijiet interni bħall-amministrazzjoni u l-maniġment u fil-komunikazzjoni mal-klijenti u s-servizz. Diġà tinsab fit-triq lejn it-trasformazzjoni diġitali iżda tista’ taċċellera l-ittestjar u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji aktar avvanzati biex tnaqqas id-distakk ma’ kumpaniji aktar avvanzati diġitalment fis-settur tiegħek, fir-reġjun u lil hinn. 

*It-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd jirreferu għal: infrastruttura tal-konnettività, sit web tal-kumpanija, għodod ibbażati fuq l-internet għall-komunikazzjoni mal-klijenti, chats diretti/networks soċjali/chatbots għall-komunikazzjoni mal-klijenti, kummerċ elettroniku (B2B, B2C), kummerċjalizzazzjoni elettronika (reklami online, media soċjali għan-negozju eċċ.), gvern elettroniku, għodod ta’ kollaborazzjoni tan-negozju mill-bogħod (eż. telexogħol, vidjokonferenzi, apprendiment virtwali, eċċ.), portal tal-Intranet, Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni (ERP, CRM, SCM, eċċ.)

*It-teknoloġiji diġitali avvanzati jirreferu għal (b’mod indikattiv): Applikazzjonijiet tal-Intelliġenza artifiċjali (IA), robots, realtà virtwali/awmentata, applikazzjonijiet tas-CAD, IoT, sensuri intelliġenti, blockchain, stampar 3D eċċ. 

 

Avvanzat 76-100 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju avvanzat ħafna fir-rigward tal-prontezza diġitali (adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali). Inti qed tibbenefika mill-użu ta’ prattikament il-biċċa l-kbira tat-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd disponibbli fl-operazzjonijiet interni u esterni tiegħek. Fil-maġġoranza tal-oqsma tan-negozju – inklużi l-amministrazzjoni u l-maniġment, il-kummerċjalizzazzjoni, l-akkwist, il-loġistika, is-servizz għall-klijenti eċċ. jintużaw soluzzjonijiet diġitali. Inti qed tibbenefika minn Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni integrati bħall-ERP, is-CRM, l-SCM. Jista’ jkun li bdejt tesperimenta jew timplimenta teknoloġiji diġitali aktar avvanzati f’oqsma speċifiċi tan-negozju tal-kumpanija u qed tesplora b’mod attiv kif tibbenefika aktar minn dawk.

Inti pjuttost fi stadju avvanzat fl-użu ta’ teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd, u għandek ukoll il-livell meħtieġ ta’ prontezza biex tgawdi mill-benefiċċji tal-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali speċjalizzati u aktar avvanzati. Dawn jipprovdu vantaġġ kompetittiv uniku fl-operazzjonijiet tiegħek u jressquk eqreb tal-kompetituri l-aktar avvanzati fl-Ewropa u lil hinn minnha.

 *It-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd jirreferu għal: infrastruttura tal-konnettività, sit web tal-kumpanija, għodod ibbażati fuq l-internet għall-komunikazzjoni mal-klijenti, chats diretti/networks soċjali/chatbots għall-komunikazzjoni mal-klijenti, kummerċ elettroniku (B2B, B2C), kummerċjalizzazzjoni elettronika (reklami online, media soċjali għan-negozju eċċ.), gvern elettroniku, għodod ta’ kollaborazzjoni tan-negozju mill-bogħod (eż. telexogħol, vidjokonferenzi, apprendiment virtwali, eċċ.), portal tal-Intranet, Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni (ERP, CRM, SCM, eċċ.)

*It-teknoloġiji diġitali avvanzati jirreferu għal (b’mod indikattiv): Applikazzjonijiet tal-Intelliġenza artifiċjali (IA), robots, realtà virtwali/awmentata, applikazzjonijiet tas-CAD, IoT, sensuri intelliġenti, blockchain, stampar 3D eċċ. 

 

  1. Diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem

Bażiku 0-25 %

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem (l-iżvilupp tal-ħiliet għad-diġitalizzazzjoni). Il-potenzjal mit-titjib tal-ħiliet diġitali tal-persunal għandu jsir aktar ċar fil-livell maniġerjali u/jew operazzjonali. Il-kumpanija tiegħek tista’ tibda billi twettaq valutazzjoni tal-ħiliet diġitali tal-persunal tiegħek li tkun segwita minn pjan ta’ taħriġ konkret biex jiġġeddu jew jittejbu l-ħiliet tal-persunal. Għandek tikkunsidra li tipprovdi aktar taħriġ jew għodod ta’ apprendiment online lill-persunal biex jikseb/iżid il-ħiliet diġitali. Bħalissa, il-ħiliet diġitali tal-persunal huma bażiċi u l-impjiegi għadhom ma tfasslux mill-ġdid għall-era diġitali. 

F’din il-medda hemm potenzjal enormi mhux sfruttat biex jiżdied il-litteriżmu diġitali tal-impjegati tiegħek, anke billi tibda b’investimenti limitati.

 

Medju 26-50 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu għadhom fi stadju bikri fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem (l-iżvilupp tal-ħiliet għad-diġitalizzazzjoni). Huwa probabbli li l-maniġment tiegħek irrealizza l-importanza u l-potenzjal tat-taħriġ tal-persunal fit-teknoloġiji diġitali u ħa xi passi f’dik id-direzzjoni. Bħala l-pass li jmiss, tista’ ddaħħal fis-seħħ pjan ta’ taħriġ iddettaljat biex iġedded jew itejjeb il-ħiliet tal-persunal. Xi tutorials online u għażliet oħra ta’ awtoapprendiment biex jinkisbu/jiżdiedu l-ħiliet diġitali huma offruti – iżda tista’ tfassalhom aħjar għall-ħtiġijiet speċifiċi u/jew għar-rekwiżiti ta’ taħriġ tagħhom. Tista’ tgħaqqad it-taħriġ mal-opportunitajiet ta’ esperimentazzjoni u mal-awtonomija biex jiġu eżegwiti deċiżjonijiet jew biex issir innovazzjoni. Għandek tipprovdi opportunitajiet ta’ żvilupp tal-karriera għal impjegati b’ħiliet diġitali filwaqt li tfassal mill-ġdid biżżejjed l-impjiegi għall-era diġitali. Il-ħiliet diġitali tal-persunal għandhom jikkorrispondu ma’ dawk meħtieġa għall-immodernizzar tal-funzjonijiet tax-xogħol tagħhom. 

Hemm ħafna potenzjal mhux sfruttat għall-kumpanija tiegħek biex tistabbilixxi pjan ta’ taħriġ ibbażat fuq il-pjanijiet ta’ diġitalizzazzjoni tiegħek għall-futur qrib. Tista’ tibbenefika wkoll minn opportunitajiet ta’ finanzjament relatati minn programmi differenti biex iġġedded u ttejjeb il-ħiliet tal-persunal tiegħek. B’riżultat ta’ dan, il-persunal imħarreġ ikun aktar miftuħ għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ġodda u aktar ta’ appoġġ għal bidliet li kieku joħolqu biża’ ta’ telf ta’ impjiegi. Jekk iżżid il-ħiliet diġitali, dan jipprovdilek l-ambjent meħtieġ biex timpjega persunal tal-IT avvanzat u tipprovdilu perkors ta’ karriera. 

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem (l-iżvilupp tal-ħiliet għad-diġitalizzazzjoni). Il-kumpanija tiegħek diġà daħħlet fis-seħħ pjan ta’ taħriġ biex jiġġeddu/jittejbu l-ħiliet tal-persunal iżda tista’ tinkludi teknoloġiji diġitali aktar avvanzati li għandhom jiġu implimentati fil-futur qrib. It-taħriġ fil-ħiliet/titjib tal-ħiliet fit-teknoloġiji diġitali huwa prijorità u l-impjegati jiġu pprovduti b’taħriġ fil-ħiliet diġitali – iżda dejjem għandek tfasslu skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u r-rekwiżiti tat-taħriġ fl-impjiegi. Il-kumpanija tista’ tkun konxja wkoll tal-opportunitajiet ta’ finanzjament għat-taħriġ biex jissaħħu l-ħiliet diġitali tal-persunal u tista’ tibbenefika minnu. 

Il-persunal għandu ħiliet biżżejjed biex iwettaq l-impjieg tiegħu b’mezzi diġitali iżda tista’ tħeġġu aktar biex jesperimenta b’għodod ġodda biex jeżegwixxi deċiżjonijiet jew biex jinnova. Il-persunal huwa involut sa ċertu punt fid-disinn u fl-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni tal-prodotti/tas-servizzi/tal-proċessi. Hemm opportunitajiet ta’ żvilupp tal-karriera għal impjegati b’ħiliet diġitali disponibbli. L-impjiegi tfasslu mill-ġdid għall-era diġitali – inklużi ambjenti tax-xogħol innovattivi/imsaħħa mill-aspett diġitali u jistgħu jiġu appoġġati minn servizz ta’ appoġġ diġitali. Il-ħiliet diġitali tal-persunal huma sostanzjalment adegwati għall-funzjonijiet tax-xogħol tagħhom. 

 

Avvanzat 76-100 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju avvanzat ħafna fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem (l-iżvilupp tal-ħiliet għad-diġitalizzazzjoni). Hemm fis-seħħ pjan ta’ taħriġ komprensiv biex il-persunal iġedded u jtejjeb il-ħiliet u dan huwa eżegwit/immonitorjat b’mod attiv. It-taħriġ komprensiv avvanzat fit-teknoloġija jew fil-ħiliet diġitali jiġi pprovdut ta’ spiss u/jew regolarment lill-impjegati – imfassal skont il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti ta’ taħriġ speċifiċi tagħhom. It-taħriġ spiss jiġi kkombinat ma’ opportunitajiet ta’ esperimentazzjoni u awtonomija biex jiġu eżegwiti deċiżjonijiet jew biex issir innovazzjoni. Hemm opportunitajiet ta’ żvilupp tal-karriera għal impjegati b’ħiliet diġitali disponibbli. Il-persunal huwa involut b’mod attiv fl-istrateġija tal-kumpanija. L-impjiegi tfasslu mill-ġdid għall-era diġitali – inklużi ambjenti tax-xogħol innovattivi/imsaħħa mill-aspett diġitali – appoġġati minn servizz ta’ appoġġ diġitali. Il-ħiliet diġitali tal-persunal huma avvanzati. 

 

  1. Ġestjoni tad-

Bażiku 0-25 %

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tal-ġestjoni tad-data (il-ħżin, l-organizzazzjoni, l-aċċess, l-isfruttament u s-sigurtà tad-data). Tista’ tibda billi ddaħħal fis-seħħ politika/pjan/sett ta’ miżuri tad-data u tippjana t-tranżizzjoni tad-data maħżuna fuq karta għal data maħżuna diġitalment. Bħalissa, ftit tipi ta’ dokumenti biss huma ddiġitalizzati, u ammont żgħir ta’ data hija maħżuna diġitalment. Din it-tranżizzjoni tkun tirrikjedi pjan għas-sigurtà tad-data u proċess taċ-ċibersigurtà u mhux biss għodod taċ-ċibersigurtà ta’ livell bażiku li jintużaw illum. 

Peress li tinsab fi stadju daqshekk bikri, il-kumpanija tiegħek għandha potenzjal enormi mhux sfruttat biex tavvanza fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni billi toħloq il-massa kritika ta’ data li tipprovdi għarfien għall-oqsma differenti tal-operazzjonijiet. Dan għandu jimxi id f’id mal-implimentazzjoni ta’ miżuri aktar avvanzati tas-sigurtà tad-data biex jiġi żgurat li d-data u l-informazzjoni importanti jkunu protetti kif xieraq.

 

Medju 26-50 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri fir-rigward tal-ġestjoni tad-data (il-ħżin, l-organizzazzjoni, l-aċċess, l-isfruttament u s-sigurtà tad-data). Għandek issegwi mill-qrib politika/pjan/sett ta’ miżuri konkreti għall-ġestjoni tad-data. Xi data tinħażen f’forma diġitalment strutturata – l-aktar għall-proċessi amministrattivi/finanzjarji. Madankollu, il-livell ta’ skambju ta’ data u integrazzjoni bejn applikazzjonijiet differenti jista’ jittejjeb. Id-data ma tiġix sfruttata bis-sħiħ għall-operazzjonijiet tan-negozju u ma tinfluwenzax it-teħid ta’ deċiżjonijiet f’livell li jista’ jagħmel differenza. Hemm livell moderat ta’ protezzjoni tad-data b’għodod taċ-ċibersigurtà aċċessibbli għal kulħadd iżda mhux politika taċ-ċibersigurtà konkreta u komprensiva. 

Peress li tinsab f’din il-medda, għandek potenzjal kbir mhux esplorat li jista’ jiġi sfruttat billi ddaħħal fis-seħħ strateġija xierqa għall-ġestjoni tad-data inkluża ċ-ċibersigurtà. Bl-investiment ta’ aktar riżorsi, tista’ tgawdi mill-benefiċċji li jkollok il-biċċa l-kbira tad-data u tal-proċessi tal-kumpanija f’forma diġitali, integrati permezz ta’ sistemi interoperabbli u li taċċessa d-data minn apparati u postijiet differenti. Id-data strutturata tkun tista’ tikkontribwixxi għall-applikazzjonijiet għall-analitika tad-data u tipprovdi lill-kumpanija tiegħek bl-intelliġenza meħtieġa biex tieħu deċiżjonijiet kummerċjali importanti u taqdi aħjar lill-klijenti tagħha. Kieku tibbenefika wkoll minn politika komprensiva taċ-ċibersigurtà b’miżuri li jipproteġu d-data tal-intrapriża u tal-klijenti tagħha minn theddid ċibernetiku u bi pjanijiet ta’ kontinġenza xierqa.

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tal-ġestjoni tad-data (il-ħżin, l-organizzazzjoni, l-aċċess, l-isfruttament u s-sigurtà tad-data). Diġà daħħalt fis-seħħ politika/pjan/sett ta’ miżuri konkreti għall-ġestjoni tad-data biex timmaniġġa u tibbenefika mid-data tiegħek. Id-dokumenti u l-proċessi huma ddiġitalizzati f’ħafna funzjonijiet tan-negozju u oqsma operazzjonali. Il-biċċa l-kbira tad-data tinħażen f’forma diġitalment strutturata u hemm grad ta’ integrazzjoni u interoperabbiltà tad-data bejn is-sistemi differenti tal-IT. Inti tqis l-analiżi tad-data importanti għall-operazzjonijiet tan-negozju u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet informat, li jgħin biex jiġu ottimizzati l-proċessi tiegħek u jittejjeb is-servizz tal-klijenti. Għandek pjan għaċ-ċibersigurtà u identifikajt miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ emerġenza ċibernetika. Hemm provvediment għal faċilitajiet ta’ backup tad-data u sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar l-importanza tal-protezzjoni kontra t-theddid ċibernetiku. Hemm avvenimenti ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni disponibbli għall-persunal dwar is-suġġett taċ-ċibersigurtà. 

Peress li tinsab f’din il-medda, għad għandek ħafna potenzjal x’tisfrutta għall-kumpanija tiegħek billi tagħmel aktar użu u użu aħjar tad-data. Tista’ tkompli ttejjeb l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tad-data bejn sistemi li jkopru oqsma differenti (produzzjoni, bejgħ, kummerċjalizzazzjoni, HR, servizz tal-klijenti eċċ.) li jgħinuk tieħu deċiżjonijiet fuq livell aktar strateġiku. Tista’ tagħmel id-data tiegħek aċċessibbli f’ħin reali minn apparati u postijiet differenti inkluż għall-persunal tiegħek stess (eż. telexogħol). Meta ttejjeb il-kapaċitajiet tal-ġestjoni tad-data tiegħek, għandek timplimenta politiki robusti dwar is-sigurtà tad-data, pjanijiet ta’ kontinġenza u kontinwità tal-operat f’każ ta’ theddid ċibernetiku serju.

 

Avvanzat 76-100 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju avvanzat ħafna fir-rigward tal-ġestjoni tad-data (il-ħżin, l-organizzazzjoni, l-aċċess, l-isfruttament u s-sigurtà tad-data). Id-dokumenti u l-proċessi huma ddiġitalizzati fil-funzjonijiet u fl-oqsma kollha tan-negozju jew fil-biċċa l-kbira tagħhom – inklużi l-proċessi amministrattivi/finanzjarji, ir-relazzjonijiet mal-klijenti, il-proċessi tal-produzzjoni jew dawk relatati mas-servizzi u l-loġistika. Id-data kollha tinħażen f’forma diġitalment strutturata. Il-ġbir u l-użu tad-data huma kruċjali għall-organizzazzjoni. Il-maġġoranza vasta tad-data tal-kumpanija tinġabar u tintuża għall-proċessi/operazzjonijiet ewlenin kollha. 

Id-data tinfluwenza l-biċċa l-kbira tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tottimizza l-biċċa l-kbira tal-proċessi. Ġew implimentati soluzzjonijiet/standards biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data. Il-pjanijiet taċ-ċibersigurtà huma preżenti u jiġu implimentati politiki u miżuri speċifiċi biex tiġi protetta d-data tal-kumpanija mit-theddid ċibernetiku. Hemm pjan li jkopri d-data interna u tal-klijenti kollha u hemm fis-seħħ politiki ta’ backup sħiħ. L-għarfien tal-persunal dwar it-theddid ċibernetiku huwa kbir u sostnut permezz tat-taħriġ. Hemm fis-seħħ pjan ta’ kontinwità tal-operat f’każ ta’ avveniment katastrofiku minħabba attakk ċibernetiku.
 

  1. Awtomatizzazzjoni u Intelliġenza

Bażiku 0-25 %

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tal-awtomatizzazzjoni u tal-intelliġenza (iffaċilitati b’mezzi diġitali inkorporati fil-proċess tan-negozju). L-ebda kompitu għadu mhu awtomatizzat. L-IA u l-awtomatizzazzjoni ma appoġġaw l-ebda attività tan-negozju, kummerċjali jew operazzjonali. 

 

Medju 26-50 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri fir-rigward tal-awtomatizzazzjoni u tal-intelliġenza (iffaċilitati b’mezzi diġitali inkorporati fil-proċess tan-negozju).

Potenzjalment l-awtomatizzazzjoni permezz ta’ mezzi diġitali tintuża parzjalment u b’mod ad hoc f’xi kompiti – tipikament proċessi amministrattivi. L-IA u l-awtomatizzazzjoni ma appoġġawx attivitajiet kummerċjali jew operazzjonali. L-adozzjoni tal-IA u tal-awtomatizzazzjoni għadha ma wasslet għall-ebda żieda li tista’ titkejjel fil-produttività. 

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tal-awtomatizzazzjoni u l-intelliġenza (iffaċilitati b’mezzi diġitali inkorporati fil-proċess tan-negozju).

Xi kompiti huma potenzjalment parzjalment awtomatizzati u appoġġati mill-IA – tipikament proċessi amministrattivi u finanzjarji. L-adozzjoni tal-IA u tal-awtomatizzazzjoni setgħet appoġġat attivitajiet kummerċjali iżda ma ġietx applikata biex ittejjeb il-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi. L-adozzjoni tal-IA u tal-awtomatizzazzjoni wasslet għal xi żidiet li jistgħu jitkejlu fil-produttività.

 

Avvanzat 76-100 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju pjuttost avvanzat fir-rigward tal-awtomatizzazzjoni u l-intelliġenza (iffaċilitati b’mezzi diġitali inkorporati fil-proċess tan-negozju).

Xi kompiti huma kompletament awtomatizzati u appoġġati mill-IA – tipikament proċessi amministrattivi u finanzjarji. L-adozzjoni tal-IA u tal-awtomatizzazzjoni setgħet appoġġat attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u potenzjalment ġiet applikata biex ittejjeb il-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi. L-adozzjoni tal-IA u tal-awtomatizzazzjoni setgħet wasslet għal żidiet fil-produttività.

Jekk ġibt punteġġ fil-limitu superjuri tal-medda, probabbilment diġà bbenefikajt mill-adozzjoni tal-IA u ta’ tipi oħrajn ta’ awtomatizzazzjoni fil-livell tal-kumpanija, u b’hekk tirċievi żidiet sinifikanti fil-produttività u fl-effiċjenza, u tnaqqis fl-iskart u fil-kostijiet.

 

  1. Diġitalizzazzjoni Ekoloġika

Bażiku 0-25 %

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ekoloġika*. Il-kumpanija tiegħek għandha tikkunsidra l-aspetti ambjentali fl-għażliet tad-diġitalizzazzjoni. Inti tista’ tibbenefika mill-użu tat-teknoloġija diġitali għal operazzjonijiet kummerċjali sostenibbli (bħall-mudell tan-negozju, il-forniment ta’ servizzi, il-produzzjoni u l-manifattura, eċċ.). It-teknoloġiji diġitali jistgħu jappoġġaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tniġġis u l-immaniġġar tal-iskart tiegħek. It-teknoloġiji diġitali jistgħu jappoġġaw l-użu ottimizzat tiegħek tal-materja prima u l-konsenja tal-prodotti lill-klijenti. Jistgħu jintużaw soluzzjonijiet diġitali biex jitnaqqas l-impatt tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent. Il-materjali/il-prodotti użati mill-organizzazzjoni jistgħu jkunu traċċabbli. L-enerġija tista’ tinkiseb minn sorsi sostenibbli fuq il-post jew lil hinn minnu. Il-proċessi amministrattivi jistgħu jsiru mingħajr karti. L-impatti ambjentali fl-għażliet (tagħmir tal-IT) u l-prattiki diġitali għandhom jitqiesu aktar. 

 

*Id-diġitalizzazzjoni ekoloġika tirreferi għall-kapaċità ta’ organizzazzjoni li twettaq id-diġitalizzazzjoni b’approċċ fit-tul li jassumi r-responsabbiltà u jieħu ħsieb il-protezzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali u tal-ambjent (u eventwalment tibni vantaġġ kompetittiv minn dan).

 

Medju 26-50 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ekoloġika*. Xi drabi, l-aspetti ambjentali jitqiesu fl-għażliet tad-diġitalizzazzjoni. It-teknoloġiji diġitali setgħu bdew jikkontribwixxu għal operazzjonijiet kummerċjali sostenibbli (bħall-mudell tan-negozju, il-forniment ta’ servizzi, il-produzzjoni u l-manifattura, eċċ.). Madankollu, it-teknoloġiji diġitali jistgħu jappoġġaw b’mod sostanzjali t-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tniġġis u l-immaniġġar tal-iskart, jew jappoġġaw b’mod attiv l-użu ottimizzat tal-materja prima u l-konsenja tal-prodotti lill-klijenti. Wisq probabbli s-soluzzjonijiet diġitali ma jintużawx b’mod attiv biex inaqqsu b’mod sostanzjali l-impatt tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent. Il-materjali/il-prodotti użati mill-organizzazzjoni jistgħu jkunu traċċabbli. L-enerġija tista’ tinkiseb minn sorsi sostenibbli fuq il-post jew lil hinn minnu. Xi proċessi amministrattivi huma mingħajr karti iżda mhux kollha. L-impatti ambjentali fl-għażliet u fil-prattiki diġitali jistgħu jitqiesu aktar.

 

*Id-diġitalizzazzjoni ekoloġika tirreferi għall-kapaċità ta’ organizzazzjoni li twettaq id-diġitalizzazzjoni b’approċċ fit-tul li jassumi r-responsabbiltà u jieħu ħsieb il-protezzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali u tal-ambjent (u eventwalment tibni vantaġġ kompetittiv minn dan).

 

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ekoloġika*. L-aspetti ambjentali huma kkunsidrati f’ħafna għażliet ta’ diġitalizzazzjoni. Jista’ jkun li t-teknoloġiji diġitali diġà jikkontribwixxu sa ċertu punt għal operazzjonijiet kummerċjali sostenibbli (bħall-mudell tan-negozju, il-forniment ta’ servizzi, il-produzzjoni u l-manifattura jew it-twassil ta’ servizzi). It-teknoloġiji diġitali jistgħu jappoġġaw b’mod aktar sostanzjali t-tnaqqis ġenerali tal-emissjonijiet u tat-tniġġis jew l-immaniġġar tal-iskart. It-teknoloġiji diġitali jistgħu jappoġġaw b’mod aktar sostanzjali l-użu ottimizzat tal-materja prima iżda jista’ jkun li diġà jappoġġaw il-konsenja tal-prodotti lill-klijenti. Is-soluzzjonijiet diġitali jistgħu jikkontribwixxu aktar għat-tnaqqis tal-impatt tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent. Il-materjali/il-prodotti użati mill-organizzazzjoni jistgħu jkunu aktar traċċabbli. L-enerġija tista’ tinkiseb minn sorsi sostenibbli fuq il-post jew lil hinn minnu. Il-proċessi amministrattivi huma fil-biċċa l-kbira mingħajr karti. L-impatti ambjentali fl-għażliet u fil-prattiki diġitali jitqiesu b’mod sinifikanti.

*Id-diġitalizzazzjoni ekoloġika tirreferi għall-kapaċità ta’ organizzazzjoni li twettaq id-diġitalizzazzjoni b’approċċ fit-tul li jassumi r-responsabbiltà u jieħu ħsieb il-protezzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali u tal-ambjent (u eventwalment tibni vantaġġ kompetittiv minn dan).

 

Avvanzat 76-100 %

 

Il-kumpaniji f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju pjuttost avvanzat fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ekoloġika* L-aspetti ambjentali huma kkunsidrati fil-maġġoranza tal-għażliet tad-diġitalizzazzjoni – inklużi l-akkwist, il-konsum tal-enerġija u l-użu mill-ġdid. It-teknoloġija diġitali qed tikkontribwixxi għal operazzjonijiet kummerċjali sostenibbli (bħall-mudelli tan-negozju adottati, iċ-ċikli tal-ħajja tal-prodott, id-disinn tal-prodotti u l-proċessi tal-produzzjoni jew il-konsenja tas-servizzi). Probabbilment, it-teknoloġiji diġitali jappoġġaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tniġġis u l-immaniġġar tal-iskart. Probabbilment, it-teknoloġiji diġitali jappoġġaw ukoll l-użu ottimizzat tal-materja prima u l-konsenja tal-prodotti lill-klijenti. Biex jitnaqqas b’mod sostanzjali l-impatt tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent (inkluż it-tnaqqis tal-iskart u t-titjib tal-effiċjenza enerġetika) jintużaw soluzzjonijiet diġitali. Il-materjali/il-prodotti użati mill-organizzazzjoni huma traċċabbli ħafna anke f’ħin reali. L-enerġija hija fil-biċċa l-kbira miksuba minn sorsi sostenibbli fuq il-post jew lil hinn minnu. Il-proċessi amministrattivi huma kollha mingħajr karti. L-impatti ambjentali fl-għażliet u fil-prattiki diġitali dejjem jitqiesu.

*Id-diġitalizzazzjoni ekoloġika tirreferi għall-kapaċità ta’ organizzazzjoni li twettaq id-diġitalizzazzjoni b’approċċ fit-tul li jassumi r-responsabbiltà u jieħu ħsieb il-protezzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali u tal-ambjent (u eventwalment tibni vantaġġ kompetittiv minn dan).

 

 

OSP

 

 

Analiżi tal-Punteġġ Ġenerali

Bażiku 0-25 %

Grazzi tal-ħin u l-isforz tiegħek biex timla l-kwestjonarju tad-DMA għall-OSP! 

Il-punteġġ medju li ksibt juri li l-organizzazzjoni tiegħek tinsab fil-bidu tal-proċess ta’ trasformazzjoni diġitali tagħha u tista’ ċertament tgawdi minn benefiċċji sinifikanti anke minn investimenti limitati fit-teknoloġiji u l-ħiliet diġitali biex ittejjeb l-operazzjonijiet u l-forniment ta’ servizzi pubbliċi. L-investimenti tiegħek fit-teknoloġiji diġitali għadhom fin-naħa t’isfel tal-medda u jkopru l-aktar kompiti amministrattivi. Dan jista’ jkun il-ħin it-tajjeb għall-organizzazzjoni tiegħek biex tippjana u timpenja riżorsi għal soluzzjonijiet aktar avvanzati. Inti qed tuża xi teknoloġiji aċċessibbli għal kulħadd għall-operazzjonijiet tiegħek ta’ kuljum iżda tista’ tikseb benefiċċji minn teknoloġiji aktar reċenti bbażati fuq l-internet (servizzi pubbliċi diġitali, akkwist elettroniku eċċ.) u oħrajn aktar avvanzati (jiġifieri l-IA). 

Tista’ wkoll tagħti prijorità lit-taħriġ tal-persunal, ir-reklutaġġ ta’ professjonisti speċjalizzati fl-IT u l-involviment u t-tħejjija b’mod attiv tal-persunal tiegħek għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda li jistgħu jibdlu l-mod li bih il-kompiti jsiru bħalissa. Inti tikseb ħafna benefiċċji billi tadotta u timplimenta strateġija olistika tad-data, inkluża s-sigurtà tad-data, li tipprovdilek kapaċitajiet akbar għall-analitika tad-data u tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet. Jistgħu jiġu adottati wkoll teknoloġiji tal-ICT biex jgħinu lill-organizzazzjoni tiegħek issir aktar interoperabbli. Barra minn hekk, aktar sostenibbli fl-operazzjonijiet tagħha (it-tnaqqis tal-impronta ambjentali) filwaqt li tkun tista’ tagħti prijorità lill-għażla ta’ prodotti diġitali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (tagħmir tal-IT). 

Fil-każ tiegħek, hemm potenzjal enormi mhux sfruttat. L-esperimentazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji aktar diġitali jistgħu jagħtu spinta immedjata lill-effiċjenza tal-organizzazzjonijiet tiegħek u lill-kwalità tas-servizzi li tipprovdi liċ-ċittadini/lin-negozji. 

Dan il-punteġġ huwa kkalkolat bħala medja mill-punteġġi li tkun ksibt fis-sitt dimensjonijiet tal-kwestjonarju tad-DMA sottomess tiegħek: i) Strateġija u Investimenti tan-Negozju Diġitali ii) Prontezza Diġitali iii) Diġitalizzazzjoni Ċċentrata fuq il-Bniedem iv) Ġestjoni u Sigurtà tad-Data v) Interoperabbiltà u vi) Diġitalizzazzjoni Ekoloġika. Inħeġġuk taqra bir-reqqa l-interpretazzjoni tal-punteġġi ta’ kull waħda mis-sitt dimensjonijiet b’kummenti u b’suġġerimenti rilevanti dwar l-istatus kurrenti tiegħek f’kull waħda minnhom u l-potenzjal mhux esplorat li tista’ tindirizza bl-għajnuna ta’ EDIH.

 

Medju 26-50 %

 

Grazzi tal-ħin u l-isforz tiegħek biex timla l-kwestjonarju tad-DMA għall-OSP! 

Il-punteġġ medju tiegħek juri li l-organizzazzjoni tiegħek diġà kisbet livell medju ta’ maturità diġitali, madankollu għad hemm lok għal titjib. Tista’ tikseb benefiċċji sinifikanti minn investimenti addizzjonali fit-teknoloġiji u l-ħiliet diġitali biex ittejjeb l-operazzjonijiet u s-servizzi tiegħek għaċ-ċittadini/għan-negozji. L-investimenti kurrenti tiegħek fit-teknoloġiji diġitali jkopru firxa tal-operazzjonijiet interni ewlenin tiegħek filwaqt li tista’ tħejji aktar (f’termini ta’ pjanijiet u riżorsi) sabiex takkomoda soluzzjonijiet aktar avvanzati. Inti qed tuża għadd ta’ teknoloġiji aċċessibbli għal kulħadd għall-operazzjonijiet tiegħek filwaqt li tista’ tibbenefika aktar bl-adozzjoni ta’ teknoloġiji aktar avvanzati (Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni, ERP, servizzi pubbliċi diġitali, akkwist elettroniku eċċ.) u oħrajn aktar fixkiela (jiġifieri l-IA). 

Il-persunal tiegħek għandu livell medju ta’ ħiliet diġitali, madankollu sabiex tavvanza fit-trasformazzjoni diġitali tiegħek, tkun teħtieġ taħriġ ippjanat u eżegwit sew tal-persunal, u professjonisti speċjalizzati fl-IT biex jappoġġawk. Il-maniġment u l-persunal għandhom jirċievu l-inkoraġġiment meħtieġ biex jinvolvu u jappoġġaw bis-sħiħ l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda mingħajr biża’ mill-bidliet li din iġġib. Jista’ jkun li diġà għandek ħafna informazzjoni f’forma diġitali iżda tista’ tiffoka fuq strateġija komprensiva tad-data, inkluża s-sigurtà tad-data, li tipprovdi kapaċitajiet akbar għall-analitika tad-data u tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet f’livell għoli. Tista’ tadotta aktar teknoloġiji tal-ICT biex tgħin lill-organizzazzjoni tiegħek issir aktar sostenibbli fl-operazzjonijiet tagħha (tnaqqas l-impronta ambjentali) filwaqt li tista’ tagħti l-għażla ta’ prodotti diġitali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (tagħmir tal-IT). 

It-titjib tal-maturità diġitali tal-organizzazzjoni tiegħek jista’ jqarrbek lejn organizzazzjonijiet diġitalment aktar maturi u jżid l-effiċjenza u s-sodisfazzjon taċ-ċittadini/tan-negozji li magħhom tinteraġixxi kuljum. 

Dan il-punteġġ huwa kkalkolat bħala medja mill-punteġġi li tkun ksibt fis-sitt dimensjonijiet tal-kwestjonarju tad-DMA sottomess tiegħek: i) Strateġija u Investimenti Diġitali ii) Prontezza Diġitali iii) Diġitalizzazzjoni Ċċentrata fuq il-Bniedem iv) Ġestjoni u Sigurtà tad-Data v) Interoperabbiltà u vi) Diġitalizzazzjoni Ekoloġika. Inħeġġuk taqra bir-reqqa l-interpretazzjoni tal-punteġġi ta’ kull waħda mis-sitt dimensjonijiet b’kummenti u b’suġġerimenti rilevanti dwar l-istatus kurrenti tiegħek f’kull waħda minnhom u l-potenzjal mhux esplorat li tista’ tindirizza bl-għajnuna ta’ EDIH.

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

Grazzi tal-ħin u l-isforz tiegħek biex timla l-kwestjonarju tad-DMA għall-OSP! 

Il-punteġġ medju li ksibt juri li l-organizzazzjoni tiegħek diġà tinsab fi stadju moderatament avvanzat tal-proċess ta’ trasformazzjoni diġitali tagħha. Dan ifisser li l-organizzazzjoni tiegħek diġà qed tgawdi l-benefiċċji mill-użu tat-teknoloġiji diġitali - kemm dawk aċċessibbli għal kulħadd kif ukoll xi wħud avvanzati (sa ċertu punt). Għalkemm diġà tinsab fit-triq lejn it-trasformazzjoni diġitali, tista’ tkompli ttejjeb l-operazzjonijiet interni/esterni, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà permezz ta’ investimenti aktar immirati fit-teknoloġiji u l-ħiliet diġitali. L-investimenti kurrenti tiegħek fit-teknoloġiji diġitali jkopru firxa wiesgħa tal-operazzjonijiet tiegħek iżda għad hemm spazju biex jiżdied il-livell ta’ prontezza tiegħek (f’termini ta’ pjanijiet u riżorsi) sabiex jiġu akkomodati soluzzjonijiet aktar sofistikati. Bħalissa qed tuża l-biċċa l-kbira tat-teknoloġiji aċċessibbli għal kulħadd disponibbli għall-operazzjonijiet tiegħek iżda għad hemm ħafna potenzjal mhux sfruttat bl-adozzjoni ta’ teknoloġiji aktar avvanzati inklużi dawk aktar fixkiela (jiġifieri l-IA). 

Il-persunal tiegħek għandu livell għoli ta’ ħiliet diġitali, madankollu sabiex tavvanza fit-trasformazzjoni diġitali tiegħek teħtieġ programm ta’ taħriġ ippjanat u eżegwit sew tal-persunal, u professjonisti speċjalizzati fl-IT biex jappoġġawk. Il-livelli kollha ta’ maniġment u ta’ persunal għandhom ikomplu jirċievu l-inkoraġġiment meħtieġ biex jinvolvu u jappoġġaw bis-sħiħ l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali aktar avvanzati mingħajr biża’ mill-bidliet li din iġġib. Il-kapaċitajiet tal-ġestjoni tad-data u s-sigurtà tad-data tiegħek huma avvanzati u inti lħaqt ċertu livell ta’ interoperabbiltà, iżda tista’ tibbenefika aktar minn teknoloġiji diġitali li jġibu l-intelliġenza u l-integrazzjoni meħtieġa li għandek bżonn sabiex tipprovdi servizzi mill-aqwa liċ-ċittadini u lin-negozji. Aktar teknoloġiji tal-ICT jistgħu jgħinu wkoll lill-organizzazzjoni tiegħek issir aktar sostenibbli fl-operazzjonijiet tagħha (tnaqqas l-impronta ambjentali) filwaqt li xorta waħda tista’ tagħti prijorità lill-għażla u l-użu ta’ prodotti diġitali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (tagħmir tal-IT). 

Investimenti ġodda fid-diġitalizzazzjoni jġibu l-maturità diġitali tal-organizzazzjoni tiegħek f’livell ġdid aktar avvanzat u jżidu s-sodisfazzjon taċ-ċittadini/tan-negozji li tinteraġixxi magħhom kuljum. 

Dan il-punteġġ huwa kkalkolat bħala medja mill-punteġġi li tkun ksibt fis-sitt dimensjonijiet tal-kwestjonarju tad-DMA sottomess tiegħek: i) Strateġija u Investimenti Diġitali ii) Prontezza Diġitali iii) Diġitalizzazzjoni Ċċentrata fuq il-Bniedem iv) Ġestjoni u Sigurtà tad-Data v) Interoperabbiltà u vi) Diġitalizzazzjoni Ekoloġika. Inħeġġuk taqra bir-reqqa l-interpretazzjoni tal-punteġġi ta’ kull waħda mis-sitt dimensjonijiet b’kummenti u b’suġġerimenti rilevanti dwar l-istatus kurrenti tiegħek f’kull waħda minnhom u l-potenzjal mhux esplorat li tista’ tindirizza bl-għajnuna ta’ EDIH.

 

Avvanzat 76-100 %

 

Grazzi tal-ħin u l-isforz tiegħek biex timla l-kwestjonarju tad-DMA għall-OSP! 

Il-punteġġ medju li ksibt juri li l-organizzazzjoni tiegħek tinsab fi stadju pjuttost avvanzat tal-proċess ta’ trasformazzjoni diġitali tagħha. Dan ifisser li inti diġà minn ta’ quddiem u l-organizzazzjoni tiegħek ilha għal xi żmien tgawdi l-benefiċċji mill-użu tat-teknoloġiji diġitali. Issa qed tuża kemm teknoloġiji aċċessibbli għal kulħadd kif ukoll dawk aktar avvanzati għall-aspetti differenti tal-operazzjonijiet tiegħek. Iċ-ċittadini u n-negozji li jinteraġixxu miegħek ta’ kuljum qed jibbenefikaw minn servizzi diġitali tajbin, rapidi u interoperabbli u l-proċessi jitlestew l-aktar online. Minkejja li inti diġà fi stadju avvanzat tista’ tkompli titjieb f’oqsma bħas-sostenibbiltà u l-effiċjenza, l-esperimentazzjoni/l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali aktar ġodda u fixkiela. 

Investimenti ġodda aktar iffokati fid-diġitalizzazzjoni avvanzata jgħinuk tikseb il-maturità diġitali ta’ organizzazzjoni pubblika moderna ħafna.

Dan il-punteġġ huwa kkalkolat bħala medja mill-punteġġi li tkun ksibt fis-sitt dimensjonijiet tal-kwestjonarju tad-DMA sottomess tiegħek: i) Strateġija u Investimenti Diġitali ii) Prontezza Diġitali iii) Diġitalizzazzjoni Ċċentrata fuq il-Bniedem iv) Ġestjoni u Sigurtà tad-Data v) Interoperabbiltà u vi) Diġitalizzazzjoni Ekoloġika. Inħeġġuk taqra bir-reqqa l-interpretazzjoni tal-punteġġi ta’ kull waħda mis-sitt dimensjonijiet b’kummenti u b’suġġerimenti rilevanti dwar l-istatus kurrenti tiegħek f’kull waħda minnhom u l-potenzjal mhux esplorat li tista’ tindirizza bl-għajnuna ta’ EDIH.

 

Analiżi tal-Punteġġ għal kull dimensjoni

 

  1. Strateġija Diġitali u Investimenti

Bażiku 0-25 %

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tal-istrateġija diġitali u l-investimenti għad-diġitalizzazzjoni. Dan ifisser li hemm opportunità sinifikanti għal titjib.

Biex ittejjeb il-livell ta’ diġitalizzazzjoni tista’ tibda billi tiddefinixxi pjan ċar u tidentifika l-mezzi finanzjarji biex tappoġġah. L-investimenti inizjali fit-teknoloġiji diġitali biex tiġi mmodernizzata parzjalment l-organizzazzjoni tiegħek huma pass inizjali tajjeb. Tista’ tibbenefika aktar mill-awtomatizzazzjoni ta’ partijiet importanti tal-operazzjonijiet tiegħek bħal proċessi interni/esterni, servizzi pubbliċi diġitali, finanzjarji/HR eċċ. Tista’ tikseb ukoll vantaġġi billi tuża teknoloġiji diġitali aktar avvanzati f’oqsma bħall-akkwist elettroniku, is-sigurtà avvanzata u s-sostenibbiltà. 

F’termini ta’ ppjanar strateġiku, stajt identifikajt xi wħud iżda hemm ħafna opportunitajiet oħrajn ta’ diġitalizzazzjoni li jistgħu jaqdu l-objettivi tal-organizzazzjoni tiegħek. Ikollok bżonn talloka baġit biex ittejjeb l-infrastruttura tal-IT tiegħek u tiżgura impenn politiku u maniġerjali biex tibbenefika bis-sħiħ minnu. Il-bidliet organizzazzjonali u tal-proċess meħtieġa għad-diġitalizzazzjoni tal-organizzazzjoni tiegħek jistgħu jirrikjedu wkoll li jiġi rreklutat tim tal-IT aktar b’saħħtu.

 

Medju 26-50 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu għadhom fi stadju bikri fir-rigward tal-istrateġija diġitali u tal-investimenti għad-diġitalizzazzjoni. Dan ifisser li hemm ħafna potenzjal għal titjib. Għandek pjan inizjali ta’ diġitalizzazzjoni fis-seħħ u l-mexxejja politiċi u/jew il-maniġment superjuri tiegħek huma riċettivi iżda hemm bżonn ta’ aktar impenn għal aktar diġitalizzazzjoni biex jinkisbu l-benefiċċji ta’ organizzazzjoni diġitali.

Jista’ jkun li investejt f’teknoloġiji diġitali sa ċertu punt f’għadd ta’ oqsma operazzjonali biex timmodernizza l-organizzazzjoni tiegħek f’operazzjonijiet interni u esterni, servizzi pubbliċi diġitali, finanzjarji/amministrattivi/HR eċċ. Tista’ tibbenefika saħansitra aktar bl-introduzzjoni ta’ teknoloġiji li jgħinuk tkun aktar effiċjenti pereżempju fl-akkwist pubbliku u fix-xiri, fl-ippjanar u fl-eżekuzzjoni tal-proġetti u fil-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tat-tfassil tal-politika. Għandek xi infrastruttura tal-IT biex tappoġġa livell medju ta’ diġitalizzazzjoni u għandek persunal b’ħiliet fl-IT, għalkemm sa ċertu punt. 

Madankollu, tista’ żżid l-importanza strateġika tad-diġitalizzazzjoni għall-organizzazzjoni tiegħek. Jeħtieġ li talloka aktar baġit biex ittejjeb l-infrastruttura tal-IT tiegħek u tiżgura l-impenn tal-maniġment u tal-persunal biex tibbenefika bis-sħiħ minnhom. Il-bidliet organizzazzjonali u tal-proċess meħtieġa għad-diġitalizzazzjoni tal-intrapriża tiegħek jistgħu jirrikjedu wkoll reklutaġġ ta’ aktar persunal tal-IT u profili speċjalizzati diġitali.

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tal-istrateġija diġitali u l-investimenti għad-diġitalizzazzjoni. Inti konxju mill-benefiċċji konkreti li l-organizzazzjoni tiegħek tista’ tikseb mid-diġitalizzazzjoni u mill-gvern elettroniku, u sa ċertu punt diġà investejt fit-teknoloġiji diġitali filwaqt li qed tippjana li tinvesti aktar. Għandek pjan ta’ diġitalizzazzjoni fis-seħħ u allokajt riżorsi biex tappoġġah. 

L-investimenti fit-teknoloġiji diġitali saru matul l-aħħar snin jew huma ppjanati għall-biċċa l-kbira tal-oqsma operazzjonali bħall-operazzjonijiet interni/esterni, il-forniment ta’ servizzi pubbliċi diġitali, finanzjarji/HR/xiri u proċessi marbuta mat-tfassil tal-politika. Madankollu, tista’ ttejjeb b’mod aktar drammatiku l-effiċjenza ġenerali tal-organizzazzjoni tiegħek permezz tad-diġitalizzazzjoni. Tista’ tkompli ttejjeb il-kwalità tas-servizzi tiegħek liċ-ċittadini/lin-negozji permezz tad-diġitalizzazzjoni. Il-pjan ta’ diġitalizzazzjoni tiegħek jeħtieġ li jiġi implimentat b’mod sod u l-investimenti ppjanati xi żmien fil-futur qrib għandhom jiġu kkonkretizzati. Il-mexxejja politiċi u l-maniġers superjuri huma pjuttost ippreparati jew lesti li jmexxu l-bidliet organizzazzjonali u tal-proċessi meħtieġa biex jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni. Il-persunal tal-IT jista’ jkollu rwol akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet tad-diġitalizzazzjoni. Ir-reklutaġġ ta’ profili diġitali speċjalizzati jgħinek tappoġġa livell ogħla ta’ diġitalizzazzjoni. Fil-futur qrib tista’ tikkunsidra li tuża tfassil ta’ politika mmexxi diġitalment u li jkun aktar intensiv fid-data

 

Avvanzat 76-100 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju pjuttost avvanzat fir-rigward tal-istrateġija diġitali u l-investimenti għad-diġitalizzazzjoni. Id-diġitalizzazzjoni diġà kienet prijorità għall-organizzazzjoni tiegħek u inti konxju bis-sħiħ tal-benefiċċji konkreti li l-organizzazzjoni tiegħek tista’ tikseb minnha. Diġà investejt b’mod estensiv fit-teknoloġiji diġitali u għandek pjanijiet għal aktar investimenti. Inti qed issegwi pjan ċar ta’ diġitalizzazzjoni u allokajt ir-riżorsi meħtieġa (in-nies u l-baġit) biex tappoġġah. L-organizzazzjoni tiegħek diġà topera bħala organizzazzjoni ta’ amministrazzjoni diġitali iżda għad hemm lok għal titjib.

L-investimenti sinifikanti fid-diġitalizzazzjoni diġà kkontribwew għat-trasformazzjoni tal-organizzazzjoni tiegħek f’amministrazzjoni pubblika moderna. Iċ-ċittadini u n-negozji li jinteraġixxu mal-organizzazzjoni tiegħek jibbenefikaw mill-faċilitajiet tal-gvern elettroniku li toffri. It-tmexxija politika u l-maniġers superjuri huma impenjati li jkomplu jmexxu l-bidliet organizzazzjonali u tal-proċess meħtieġa biex jappoġġaw livelli għoljin ta’ diġitalizzazzjoni. Il-persunal tal-IT jikkontribwixxi għall-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar id-diġitalizzazzjoni. Ġew irreklutati profili speċjalizzati diġitali kif meħtieġ. Il-persunal għandu biżżejjed ħiliet diġitali. Intużaw ħafna proċessi mmexxija diġitalment u intensivi fid-data.

Tista’ tibbenefika aktar billi timplimenta teknoloġiji aktar speċjalizzati bħall-intelliġenza artifiċjali, l-analitika avvanzata tad-data, it-tfassil tal-politika mmexxi diġitalment u aktar.

 

  1. Prontezza Diġitali

Bażiku 0-25 %

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tal-prontezza diġitali (adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali). Jista’ jkun li diġà tuża għadd żgħir ta’ teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd iżda b’applikazzjonijiet limitati ħafna fl-operazzjonijiet tiegħek (interni u esterni). Hemm ħafna potenzjal mhux esplorat għall-organizzazzjoni tiegħek biex iżżid il-produttività interna u taqdi aħjar liċ-ċittadini u lin-negozji li tinteraġixxi magħhom billi tadotta aktar teknoloġiji diġitali - kemm dawk aċċessibbli għal kulħadd kif ukoll dawk aktar avvanzati. 

L-organizzazzjoni tiegħek tibbenefika ħafna jekk tqis li timplimenta għadd ta’ teknoloġiji diġitali. Dawn jistgħu (b’mod indikattiv) itejbu l-effiċjenza tal-organizzazzjoni tiegħek (Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni, ERP), iżidu s-sodisfazzjon taċ-ċittadini/tan-negozji (portali, għodod ibbażati fuq l-internet għall-komunikazzjoni, chats diretti, networks soċjali), jipprovdu servizzi elettroniċi kompluti (għodod ta’ konsenja tas-servizzi online), itejbu l-ħiliet tal-persunal/iżidu s-sodisfazzjon u ż-żamma tal-persunal (telexogħol b’kollaborazzjoni tan-negozju mill-bogħod, apprendiment virtwali, eċċ.).

*It-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd jirreferu għall-infrastruttura tal-konnettività, is-sit web tal-organizzazzjonijiet, il-formoli u l-fora bbażati fuq l-internet biex jikkomunikaw maċ-ċittadini/man-negozji, chats diretti/networks soċjali/chatbots biex jikkomunikaw maċ-ċittadini/man-negozji, l-għodod ta’ kollaborazzjoni mill-bogħod (eż. telexogħol, vidjokonferenzi, apprendiment virtwali, eċċ.) Portal tal-intranet, Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni (ERP, CRM, SCM eċċ.), għodod għas-servizzi pubbliċi diġitali u għodod ta’ akkwist pubbliku.

*It-teknoloġiji diġitali avvanzati jirreferu għal (b’mod indikattiv): Applikazzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA), teknoloġiji avvanzati ta’ komunikazzjoni (jiġifieri 5G), infrastrutturi avvanzati tal-computing (cloud computing jew edge computing), Blockchain, soluzzjonijiet tal-Identità u s-Sigurtà Diġitali, IoT, apparati intelliġenti eċċ. 

 

Medju 26-50 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri fir-rigward tal-prontezza diġitali (adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali). Fl-organizzazzjoni tiegħek, qed tuża xi wħud mit-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd iżda mhux kollha. F’għadd ta’ operazzjonijiet tiegħek – l-aktar f’kompiti amministrattivi u ta’ kuljum jintużaw soluzzjonijiet diġitali. Jista’ jkun li diġà tibbenefika mill-vantaġġi li t-teknoloġiji diġitali jistgħu joffrulek f’oqsma bħall-operazzjonijiet tiegħek ta’ kuljum fir-riżorsi umani u l-ġestjoni finanzjarja. 

L-organizzazzjoni tiegħek tibbenefika aktar jekk tikkunsidra li timplimenta għadd ta’ teknoloġiji diġitali biex iżżid l-effiċjenza tal-proċessi interni u esterni tiegħek (jiġifieri l-flussi tax-xogħol, il-komunikazzjoni maċ-ċittadini/man-negozji, il-forniment ta’ servizzi pubbliċi diġitali u aktar). Tista’ tużahom ukoll biex tintegra u taċċellera l-proċessi tiegħek (jiġifieri s-sistemi tal-ġestjoni tal-informazzjoni, l-ERP, l-akkwist elettroniku), ittejjeb il-ħiliet tal-persunal/iżżid is-sodisfazzjon u ż-żamma tal-persunal (telexogħol b’kollaborazzjoni tan-negozju mill-bogħod, apprendiment virtwali, eċċ.) u b’mod ġenerali taċċellera t-tranżizzjoni tiegħek għal organizzazzjoni diġitali. 

*It-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd jirreferu għall-infrastruttura tal-konnettività, is-sit web tal-organizzazzjonijiet, il-formoli u l-fora bbażati fuq l-internet biex jikkomunikaw maċ-ċittadini/man-negozji, chats diretti/networks soċjali/chatbots biex jikkomunikaw maċ-ċittadini/man-negozji, l-għodod ta’ kollaborazzjoni mill-bogħod (eż. telexogħol, vidjokonferenzi, apprendiment virtwali, eċċ.) Portal tal-intranet, Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni (ERP, CRM, SCM eċċ.), għodod għas-servizzi pubbliċi diġitali u għodod ta’ akkwist pubbliku.

*It-teknoloġiji diġitali avvanzati jirreferu għal (b’mod indikattiv): Applikazzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA), teknoloġiji avvanzati ta’ komunikazzjoni (jiġifieri 5G), infrastrutturi avvanzati tal-computing (cloud computing jew edge computing), Blockchain, soluzzjonijiet tal-Identità u s-Sigurtà Diġitali, IoT, apparati intelliġenti eċċ. 

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tal-prontezza diġitali (adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali). Probabbilment diġà tgawdi l-benefiċċji li jistgħu joffru t-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd. Għandek infrastruttura tal-konnettività affidabbli u tuża teknoloġiji u applikazzjonijiet tal-internet inkluż għall-interazzjonijiet maċ-ċittadini/man-negozji. 

Inti tipprovdi għadd ta’ servizzi pubbliċi diġitali iżda tista’ tiddiġitalizza aktar bis-sħiħ l-interazzjonijiet mal-utenti u tevita proċessi fiżiċi li jieħdu ħafna ħin. Tista’ tibbenefika minn applikazzjonijiet avvanzati jew integrati użati bis-sħiħ bħas-Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni, l-ERP jew l-akkwist elettroniku.  Għadek ma sfruttajtx il-potenzjal ta’ teknoloġiji diġitali aktar speċjalizzati jew avvanzati li jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-effiċjenza tal-proċessi interni u esterni tiegħek u jgħinu biex tirrispondi aħjar u aktar malajr għall-ħtiġijiet tal-utenti finali tiegħek. Inti qiegħed fit-triq it-tajba iżda tista’ taċċellera t-tranżizzjoni tiegħek lejn organizzazzjoni diġitali moderna reali. 

*It-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd jirreferu għall-infrastruttura tal-konnettività, is-sit web tal-organizzazzjonijiet, il-formoli u l-fora bbażati fuq l-internet biex jikkomunikaw maċ-ċittadini/man-negozji, chats diretti/networks soċjali/chatbots biex jikkomunikaw maċ-ċittadini/man-negozji, l-għodod ta’ kollaborazzjoni mill-bogħod (eż. telexogħol, vidjokonferenzi, apprendiment virtwali, eċċ.) Portal tal-intranet, Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni (ERP, CRM, SCM eċċ.), għodod għas-servizzi pubbliċi diġitali u għodod ta’ akkwist pubbliku.

*It-teknoloġiji diġitali avvanzati jirreferu għal (b’mod indikattiv): Applikazzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA), teknoloġiji avvanzati ta’ komunikazzjoni (jiġifieri 5G), infrastrutturi avvanzati tal-computing (cloud computing jew edge computing), Blockchain, soluzzjonijiet tal-Identità u s-Sigurtà Diġitali, IoT, apparati intelliġenti eċċ. 

 

Avvanzat 76-100 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju avvanzat ħafna fir-rigward tal-prontezza diġitali (adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali). Inti qed tibbenefika mill-użu ta’ prattikament il-biċċa l-kbira tat-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd disponibbli fl-operazzjonijiet interni u esterni tiegħek. Fil-maġġoranza tal-operazzjonijiet interni/esterni tiegħek – inklużi l-amministrazzjoni u l-ġestjoni, il-forniment ta’ servizzi pubbliċi diġitali kompluti, l-akkwist elettroniku, eċċ, jintużaw soluzzjonijiet diġitali. Inti qed tibbenefika minn Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni integrati bħall-ERP li jgħaqqdu l-operazzjonijiet tiegħek. 

Jista’ jkun li bdejt tesperimenta jew timplimenta teknoloġiji diġitali aktar avvanzati f’oqsma speċifiċi tal-organizzazzjoni tiegħek u qed tesplora b’mod attiv kif tibbenefika aktar minnhom. Inti pjuttost fi stadju avvanzat fl-użu ta’ teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd, u għandek ukoll il-livell meħtieġ ta’ prontezza biex tgawdi l-benefiċċji mill-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali aktar speċjalizzati u avvanzati. Dawn iżidu l-livell ta’ governanza elettronika tal-organizzazzjoni tiegħek u jittrasformawha għal organizzazzjoni xprunata bis-sħiħ mid-data

*It-teknoloġiji diġitali aċċessibbli għal kulħadd jirreferu għall-infrastruttura tal-konnettività, is-sit web tal-organizzazzjonijiet, il-formoli u l-fora bbażati fuq l-internet biex jikkomunikaw maċ-ċittadini/man-negozji, chats diretti/networks soċjali/chatbots biex jikkomunikaw maċ-ċittadini/man-negozji, l-għodod ta’ kollaborazzjoni mill-bogħod (eż. telexogħol, vidjokonferenzi, apprendiment virtwali, eċċ.) Portal tal-intranet, Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni (ERP, CRM, SCM eċċ.), għodod għas-servizzi pubbliċi diġitali u għodod ta’ akkwist pubbliku.

*It-teknoloġiji diġitali avvanzati jirreferu għal (b’mod indikattiv): Applikazzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA), teknoloġiji avvanzati ta’ komunikazzjoni (jiġifieri 5G), infrastrutturi avvanzati tal-computing (cloud computing jew edge computing), Blockchain, soluzzjonijiet tal-Identità u s-Sigurtà Diġitali, IoT, apparati intelliġenti eċċ. 

 

  1. Diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem

Bażiku 0-25 %

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem (l-iżvilupp tal-ħiliet għad-diġitalizzazzjoni). Il-potenzjal mit-titjib tal-ħiliet diġitali tal-persunal għandu jsir aktar ċar fil-livell politiku, maniġerjali u/jew operazzjonali. L-organizzazzjoni tiegħek tista’ tibda billi twettaq valutazzjoni tal-ħiliet diġitali tal-persunal tiegħek li tkun segwita minn pjan ta’ taħriġ konkret biex jiġġeddu u jittejbu l-ħiliet tal-persunal. Għandek tikkunsidra li tipprovdi aktar taħriġ jew għodod ta’ apprendiment online lill-persunal biex jikseb/iżid il-ħiliet diġitali. Il-ħiliet diġitali tal-persunal huma bażiċi u l-impjiegi għadhom ma tfasslux mill-ġdid għall-era diġitali. 

F’din il-medda hemm potenzjal enormi mhux sfruttat biex jiżdied il-litteriżmu diġitali tal-impjegati tiegħek, anke billi tibda b’investimenti limitati.

 

Medju 26-50 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu għadhom fi stadju bikri fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem (l-iżvilupp tal-ħiliet għad-diġitalizzazzjoni). Huwa probabbli li t-tmexxija politika/maniġerjali tiegħek irrealizzat dwar l-importanza u l-potenzjal tat-taħriġ tal-persunal tiegħek fit-teknoloġiji diġitali u inti stajt ħadt xi passi f’dik id-direzzjoni. Bħala l-pass li jmiss, tista’ ddaħħal fis-seħħ pjan ta’ taħriġ iddettaljat biex iġedded jew itejjeb il-ħiliet tal-persunal. Il-persunal jista’ jkollu aċċess għal xi tutorials online u għal għażliet oħra ta’ awtoapprendiment biex jikseb/iżid il-ħiliet diġitali – iżda inti tista’ tfassalhom aħjar għall-ħtiġijiet speċifiċi u/jew għar-rekwiżiti ta’ taħriġ tiegħu. Tista’ tgħaqqad it-taħriġ mal-opportunitajiet ta’ esperimentazzjoni u mal-awtonomija biex jiġu eżegwiti deċiżjonijiet jew biex issir innovazzjoni. Għandek tipprovdi opportunitajiet ta’ żvilupp tal-karriera għal impjegati b’ħiliet diġitali filwaqt li tfassal mill-ġdid biżżejjed l-impjiegi għall-era diġitali. Il-ħiliet diġitali tal-persunal għandhom jikkorrispondu ma’ dawk meħtieġa għall-immodernizzar tal-funzjonijiet tax-xogħol tagħhom. 

Hemm ħafna potenzjal mhux sfruttat għall-organizzazzjoni tiegħek biex tistabbilixxi pjan ta’ taħriġ ibbażat fuq il-pjanijiet ta’ diġitalizzazzjoni tiegħek għall-futur qrib. Tista’ tibbenefika wkoll minn opportunitajiet ta’ finanzjament relatati minn programmi differenti biex iġġedded u ttejjeb il-ħiliet tal-persunal tiegħek. B’riżultat ta’ dan, il-persunal imħarreġ ikun aktar miftuħ għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ġodda u aktar ta’ appoġġ għal bidliet li kieku joħolqu biża’ ta’ telf ta’ impjiegi. Iż-żieda fil-ħiliet diġitali tal-persunal tipprovdilek l-ambjent meħtieġ biex timpjega persunal tal-IT avvanzat u tipprovdilhom perkors ta’ karriera. 

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem (l-iżvilupp tal-ħiliet għad-diġitalizzazzjoni). L-organizzazzjoni tiegħek diġà daħħlet fis-seħħ pjan ta’ taħriġ biex iġġedded/ittejjeb il-ħiliet tal-persunal iżda tista’ tinkludi teknoloġiji diġitali aktar avvanzati li għandhom jiġu implimentati fil-futur qrib. It-taħriġ fil-ħiliet/titjib tal-ħiliet fit-teknoloġiji diġitali huwa prijorità u l-impjegati jiġu pprovduti b’taħriġ fil-ħiliet diġitali – iżda dejjem għandek tfasslu skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u r-rekwiżiti tat-taħriġ fl-impjiegi. L-organizzazzjoni tista’ tkun konxja wkoll tal-opportunitajiet ta’ finanzjament għat-taħriġ biex jissaħħu l-ħiliet diġitali tal-persunal u tista’ tibbenefika minnu. 

Il-persunal għandu ħiliet biżżejjed biex iwettaq l-impjieg tiegħu b’mezzi diġitali iżda tista’ tħeġġu aktar biex jesperimenta b’għodod ġodda biex jeżegwixxi deċiżjonijiet jew biex jinnova. Il-persunal huwa involut sa ċertu punt fit-tfassil u fl-iżvilupp tas-servizz pubbliku jew fid-diġitalizzazzjoni tal-proċessi. X’aktarx li huma disponibbli opportunitajiet ta’ żvilupp tal-karriera għall-impjegati b’ħiliet diġitali. L-impjiegi tfasslu mill-ġdid għall-era diġitali – inklużi ambjenti tax-xogħol innovattivi/imsaħħa mill-aspett diġitali u jistgħu jiġu appoġġati minn servizz ta’ appoġġ diġitali. Il-ħiliet diġitali tal-persunal huma sostanzjalment adegwati għall-funzjonijiet tax-xogħol tagħhom. 

 

Avvanzat 76-100 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju avvanzat ħafna fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem (l-iżvilupp tal-ħiliet għad-diġitalizzazzjoni). Hemm fis-seħħ pjan ta’ taħriġ komprensiv biex il-persunal iġedded u jtejjeb il-ħiliet u dan huwa eżegwit/immonitorjat b’mod attiv. Taħriġ komprensiv avvanzat fit-teknoloġija jew fil-ħiliet diġitali jiġi pprovdut ta’ spiss u b’mod regolari lill-impjegati – imfassal skont il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti ta’ taħriġ speċifiċi tagħhom. It-taħriġ spiss jiġi kkombinat ma’ opportunitajiet ta’ esperimentazzjoni u awtonomija biex jiġu eżegwiti deċiżjonijiet jew biex issir innovazzjoni. Hemm opportunitajiet ta’ żvilupp tal-karriera għal impjegati b’ħiliet diġitali disponibbli. Il-persunal huwa involut b’mod attiv fl-istrateġija tal-organizzazzjoni. L-impjiegi tfasslu mill-ġdid għall-era diġitali – inklużi ambjenti tax-xogħol innovattivi/imsaħħa mill-aspett diġitali – appoġġati minn servizz ta’ appoġġ diġitali. Il-ħiliet diġitali tal-persunal huma avvanzati. 

 

  1. Ġestjoni u Sigurtà tad-

Bażiku 0-25 %

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tal-ġestjoni u s-sigurtà tad-data (il-ħżin, l-organizzazzjoni, l-aċċess, l-isfruttament u s-sigurtà tad-data). Tista’ tibda billi ddaħħal fis-seħħ politika/pjan/sett ta’ miżuri tad-data u tippjana t-tranżizzjoni tad-data maħżuna fuq karta għal data maħżuna diġitalment. Bħalissa, ftit tipi ta’ dokumenti biss huma ddiġitalizzati, u ftit data tinħażen diġitalment. Din it-tranżizzjoni tkun tirrikjedi pjan għas-sigurtà tad-data u proċess taċ-ċibersigurtà li jmorru lil hinn mill-għodod taċ-ċibersigurtà fil-livell bażiku li jintużaw illum. 

Peress li tinsab fi stadju bikri bħal dan, l-organizzazzjoni tiegħek għandha potenzjal enormi mhux sfruttat biex tavvanza fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni billi toħloq il-massa kritika ta’ data li tipprovdi għarfien għall-oqsma differenti tal-operazzjonijiet. Dan għandu jimxi id f’id mal-implimentazzjoni ta’ miżuri aktar avvanzati tas-sigurtà tad-data biex jiġi żgurat li d-data u l-informazzjoni importanti jkunu protetti kif xieraq.

 

Medju 26-50 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri fir-rigward tal-ġestjoni u s-sigurtà tad-data (il-ħżin, l-organizzazzjoni, l-aċċess, l-isfruttament u s-sigurtà tad-data). Probabbilment ma hemm l-ebda politika/pjan/sett ta’ miżuri konkret ta’ ġestjoni tad-data disponibbli jew għadu fi stadju bikri ħafna. Id-dokumenti u l-proċessi huma ddiġitalizzati f’xi oqsma u operazzjonijiet. Xi data tinħażen f’forma diġitalment strutturata – l-aktar għall-proċessi amministrattivi/finanzjarji. Madankollu, tista’ ttejjeb il-livell ta’ skambju ta’ data u integrazzjoni bejn applikazzjonijiet differenti. Id-data ma tiġix sfruttata bis-sħiħ għall-operazzjonijiet tal-organizzazzjoni u ma tinfluwenzax it-teħid ta’ deċiżjonijiet jew it-tfassil ta’ politika sa punt li jista’ jagħmel differenza. Hemm livell moderat ta’ protezzjoni tad-data b’għodod taċ-ċibersigurtà aċċessibbli għal kulħadd iżda forsi politika taċ-ċibersigurtà konkreta u komprensiva għadha ma teżistix. 

Peress li tinsab f’din il-medda, xorta għandek potenzjal kbir mhux esplorat billi tiżviluppa t-trasformazzjoni diġitali tiegħek u ddaħħal fis-seħħ strateġija xierqa għall-ġestjoni tad-data inkluża ċ-ċibersigurtà. Billi tinvesti aktar riżorsi, tista’ tgawdi mill-benefiċċji li jkollok il-biċċa l-kbira tad-data u l-proċessi tal-organizzazzjoni f’forma diġitali, integrati permezz ta’ sistemi interoperabbli u taċċessa d-data minn apparati u postijiet differenti. Id-data strutturata tkun tista’ tikkontribwixxi għall-applikazzjonijiet għall-analitika tad-data u tipprovdi lill-organizzazzjoni tiegħek bl-intelliġenza meħtieġa li teħtieġ biex tieħu deċiżjonijiet importanti u taqdi aħjar liċ-ċittadini u lin-negozji. Huwa meħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ politika komprensiva taċ-ċibersigurtà b’miżuri li jipproteġu lill-organizzazzjoni u lid-data taċ-ċittadini/tan-negozji mit-theddid ċibernetiku u bi pjanijiet ta’ kontinġenza xierqa.

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tal-ġestjoni u s-sigurtà tad-data (il-ħżin, l-organizzazzjoni, l-aċċess, l-isfruttament u s-sigurtà tad-data). Diġà għandek fis-seħħ politika/pjan/sett ta’ miżuri konkret għall-ġestjoni tad-data biex timmaniġġa u tibbenefika mid-data tiegħek. Id-dokumenti u l-proċessi huma ddiġitalizzati f’ħafna funzjonijiet u oqsma operazzjonali (interni u esterni). Il-biċċa l-kbira tad-data tinħażen f’forma diġitalment strutturata u hemm grad għoli ta’ integrazzjoni tad-data u bejn is-sistemi differenti tal-IT. Inti tqis l-analiżi tad-data importanti għall-operazzjonijiet tiegħek u t-teħid ta’ deċiżjonijiet informat, u bħala mezz għal aktar ottimizzazzjoni u titjib tas-servizz tal-“klijent”. Għandek pjan għaċ-ċibersigurtà u identifikajt miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ emerġenza ċibernetika. Hemm provvediment għal faċilitajiet ta’ backup tad-data u sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar l-importanza tal-protezzjoni kontra t-theddid ċibernetiku. Hemm avvenimenti ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni disponibbli għall-persunal dwar is-suġġett taċ-ċibersigurtà. 

Peress li qiegħed f’din il-medda, xorta għandek ħafna x’tikseb għall-organizzazzjoni tiegħek billi tagħmel użu akbar u aħjar mid-data. Tista’ tkompli ttejjeb l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tad-data bejn is-sistemi tiegħek stess u s-sistemi ta’ organizzazzjonijiet differenti li jgħinuk topera b’mod aktar effiċjenti. Tista’ tagħmel id-data tiegħek aċċessibbli f’ħin reali minn apparati u postijiet differenti inkluż għall-persunal tiegħek stess (eż. telexogħol). Flimkien mat-titjib tal-kapaċitajiet tal-ġestjoni tad-data tiegħek, għandek timplimenta politiki robusti dwar is-sigurtà tad-data, pjanijiet ta’ kontinġenza u ta’ kontinwità tal-operat fil-każ ta’ theddid ċibernetiku serju.

 

Avvanzat 76-100 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju avvanzat ħafna fir-rigward tal-ġestjoni u s-sigurtà tad-data (il-ħżin, l-organizzazzjoni, l-aċċess, l-isfruttament u s-sigurtà tad-data). Id-dokumenti u l-proċessi huma ddiġitalizzati fil-biċċa l-kbira tal-funzjonijiet u tal-oqsma operazzjonali (proċessi amministrattivi/HR/finanzjarji, governanza, servizzi pubbliċi diġitali, akkwist eċċ.). Id-data kollha tinħażen f’forma diġitalment strutturata. Il-ġbir u l-isfruttament tad-data huma kruċjali għall-organizzazzjoni. Il-biċċa l-kbira tad-data tinġabar u tintuża bħala input għall-proċessi/operazzjonijiet ewlenin kollha. Id-data tinfluwenza t-teħid tad-deċiżjonijiet u tottimizza l-proċessi. Ġew implimentati soluzzjonijiet/standards biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ data u interoperabbiltà ma’ partijiet esterni. 

Il-pjanijiet taċ-ċibersigurtà huma preżenti u huma implimentati politiki u miżuri speċifiċi biex jipproteġu d-data tal-organizzazzjoni mit-theddid ċibernetiku. Hemm pjan li jkopri d-data interna u esterna (ċittadini/negozji) u politiki ta’ backup sħiħ. Is-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar it-theddid ċibernetiku hija kbira u sostnuta permezz ta’ taħriġ, u hemm fis-seħħ pjan ta’ kontinwità tal-operat f’każ ta’ avveniment katastrofiku minħabba attakk ċibernetiku.

 

  1. Interoperabilità 

Bażiku 0-25 %

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tal-interoperabbiltà*. Fi stadju bikri bħal dan, stajt ħadt xi passi biex timplimenta livell bażiku ta’ ftuħ u/jew trasparenza tad-data. Forsi qed tikkunsidra soluzzjonijiet teknoloġikament newtrali u l-portabbiltà tad-data. L-organizzazzjoni tiegħek tista’ tibbenefika ħafna minn livelli aktar avvanzati oħrajn ta’ interoperabbiltà bħal soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw, informazzjoni u data, aċċess għal soluzzjonijiet permezz ta’ kanali multipli u l-provvista ta’ punt ta’ kuntatt uniku għas-servizzi li toffri. Għandha tingħata prijorità wkoll lill-inklużjoni u lill-aċċessibbiltà tas-servizzi tiegħek għall-persuni l-aktar vulnerabbli (persuni b’diżabilità, anzjani u gruppi oħrajn). 

L-organizzazzjoni tiegħek tista’ ttejjeb ħafna l-operazzjonijiet tagħha billi ttejjeb il-livelli ta’ interoperabbiltà fl-oqsma msemmija iżda tiżgura wkoll is-sigurtà u l-privatezza fl-iskambju tad-data, tagħti prijorità lill-użu tas-servizzi permezz ta’ kanali diġitali, tiżgura l-aċċessibbiltà fit-tul għall-ħżin tad-data u tiżgura li tivvaluta regolarment l-effettività u l-effiċjenza tas-soluzzjonijiet diġitali offruti liċ-ċittadini u lin-negozji.

*L-interoperabbiltà titqies bħala l-kapaċità ta’ interazzjoni lejn għanijiet ta’ benefiċċju reċiproku ma’ organizzazzjonijiet oħrajn permezz tal-iskambju ta’ data bejn is-sistemi tal-ICT tagħhom. Din titkejjel skont it-12-il prinċipju ta’ interoperabbiltà identifikati fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (FEI) l-ġdid[1].

 

Medju 26-50 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri fir-rigward tal-interoperabbiltà*. F’dan l-istadju bikri, stajt ħadt xi passi biex timplimenta livell bażiku ta’ ftuħ u/jew trasparenza tad-data u potenzjalment in-newtralità teknoloġika u l-portabbiltà tad-data sa ċertu punt. Jista’ jkun li bdejt tesperimenta jew timplimenta livelli aktar avvanzati ta’ interoperabbiltà bħal soluzzjonijiet, informazzjoni u data li jistgħu jerġgħu jintużaw, aċċess għal soluzzjonijiet permezz ta’ kanali multipli u punt ta’ kuntatt wieħed għas-servizzi li toffri. Ġie implimentat grad inizjali ta’ inklużjoni u aċċessibbiltà tas-servizzi tiegħek għall-persuni l-aktar vulnerabbli (persuni b’diżabilità, anzjani u gruppi oħrajn). 

L-organizzazzjoni tiegħek tista’ ttejjeb ħafna l-operazzjonijiet tagħha billi ttejjeb il-livelli ta’ interoperabbiltà fl-oqsma msemmija qabel iżda tiżgura wkoll is-sigurtà u l-privatezza fl-iskambju tad-data, tagħti prijorità lill-użu tas-servizzi permezz ta’ kanali diġitali, tiżgura l-aċċessibbiltà fit-tul għall-ħżin tad-data u tiżgura li tivvaluta regolarment l-effettività u l-effiċjenza tas-soluzzjonijiet diġitali offruti liċ-ċittadini u lin-negozji.

*L-interoperabbiltà titqies bħala l-kapaċità ta’ interazzjoni lejn għanijiet ta’ benefiċċju reċiproku ma’ organizzazzjonijiet oħrajn permezz tal-iskambju ta’ data bejn is-sistemi tal-ICT tagħhom. Din titkejjel skont it-12-il prinċipju ta’ interoperabbiltà identifikati fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (FEI) l-ġdid[2].

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tal-interoperabbiltà*. F’dan l-istadju, inti ħadt passi fl-implimentazzjoni tal-ftuħ u/jew tat-trasparenza tad-data u potenzjalment in-newtralità teknoloġika u l-portabbiltà tad-data sa punt sinifikanti. Inti bdejt tesperimenta jew diġà implimentajt livelli aktar avvanzati ta’ interoperabbiltà bħall-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet, informazzjoni u data, aċċessibbiltà b’diversi kanali tas-soluzzjonijiet u punt ta’ kuntatt wieħed għas-servizzi li toffri. Ħadt ħsieb li timplimenta soluzzjonijiet għall-inklużjoni u l-aċċessibbiltà tas-servizzi tiegħek għall-persuni l-aktar vulnerabbli (persuni b’diżabilità, anzjani u gruppi oħrajn). 

L-organizzazzjoni tiegħek xorta tista’ ttejjeb l-operazzjonijiet tagħha billi ttejjeb il-livelli ta’ interoperabbiltà fl-oqsma msemmija qabel iżda tiżgura wkoll is-sigurtà u l-privatezza fl-iskambju tad-data, tagħti prijorità lill-użu tas-servizzi permezz ta’ kanali diġitali, tiżgura l-aċċessibbiltà fit-tul għall-ħżin tad-data u tiżgura li tivvaluta regolarment l-effettività u l-effiċjenza tas-soluzzjonijiet diġitali offruti liċ-ċittadini u lin-negozji.

*L-interoperabbiltà titqies bħala l-kapaċità ta’ interazzjoni lejn għanijiet ta’ benefiċċju reċiproku ma’ organizzazzjonijiet oħrajn permezz tal-iskambju ta’ data bejn is-sistemi tal-ICT tagħhom. Din titkejjel skont it-12-il prinċipju ta’ interoperabbiltà identifikati fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (FEI) l-ġdid[3].

 

Avvanzat 76-100 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju avvanzat fir-rigward tal-interoperabbiltà*. F’dan l-istadju, diġà implimentajt u qed tippjana li timplimenta soluzzjonijiet interoperabbli fil-biċċa l-kbira tal-oqsma bħall-ftuħ u/jew it-trasparenza tad-data, in-newtralità teknoloġika u l-portabbiltà tad-data b’mod wiesa’. Diġà implimentajt livelli aktar avvanzati ta’ interoperabbiltà bħall-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet, informazzjoni u data, aċċessibbiltà b’diversi kanali tas-soluzzjonijiet u punt uniku ta’ kuntatt għas-servizzi li toffri. Inti implimentajt soluzzjonijiet għall-inklużjoni u l-aċċessibbiltà tas-servizzi tiegħek għall-persuni l-aktar vulnerabbli (persuni b’diżabilità, anzjani u gruppi oħrajn). Inti tiżgura s-sigurtà u l-privatezza fl-iskambju tad-data, tagħti prijorità lill-użu tas-servizzi permezz ta’ kanali diġitali u tiżgura aċċess fit-tul għall-ħżin tad-data

L-organizzazzjoni tiegħek u ċ-ċittadini/n-negozji li sservi diġà qed igawdu l-benefiċċji ta’ interoperabbiltà għolja fil-forniment ta’ servizzi rapidi u affidabbli. Xorta tista’ ttejjeb l-operazzjonijiet tiegħek billi tkompli bl-isforzi tiegħek biex tibqa’ aġġornat fir-rigward tal-interoperabbiltà u billi tiżgura li tivvaluta regolarment l-effettività u l-effiċjenza tas-soluzzjonijiet diġitali li toffri liċ-ċittadini u lin-negozji tiegħek.

*L-interoperabbiltà titqies bħala l-kapaċità ta’ interazzjoni lejn għanijiet ta’ benefiċċju reċiproku ma’ organizzazzjonijiet oħrajn permezz tal-iskambju ta’ data bejn is-sistemi tal-ICT tagħhom. Din titkejjel skont it-12-il prinċipju ta’ interoperabbiltà identifikati fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (FEI) l-ġdid[4].

 

  1. Diġitalizzazzjoni Ekoloġika

Bażiku 0-25 %

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri ħafna fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ekoloġika*. Tista’ tibda billi tqis l-aspetti ambjentali fl-għażliet ta’ diġitalizzazzjoni tiegħek. Tista’ tuża teknoloġiji diġitali b’mod li jikkontribwixxu għal operazzjonijiet sostenibbli (bħal operazzjonijiet interni/esterni, il-provvista ta’ servizzi diġitali, ix-xiri u l-akkwist pubbliku eċċ.). It-teknoloġiji diġitali jistgħu jappoġġaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tniġġis u l-immaniġġar tal-iskart. Dawn jistgħu jappoġġaw ukoll l-użu ottimizzat tar-riżorsi għal operazzjoni ekoloġika u favur l-ambjent u l-konsenja ta’ servizzi liċ-ċittadini/lin-negozji. 

Jistgħu jintużaw soluzzjonijiet diġitali biex jitnaqqas l-impatt tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent. Il-materjali/prodotti użati mill-organizzazzjoni jistgħu jkunu traċċabbli. L-enerġija tista’ tinkiseb minn sorsi sostenibbli fuq il-post jew lil hinn minnu. Il-proċessi amministrattivi jistgħu jsiru mingħajr karti. L-impatt ambjentali fl-għażliet u fil-prattiki diġitali jista’ jitqies meta jinxtara tagħmir tal-IT. 

 

*Id-diġitalizzazzjoni ekoloġika tirreferi għall-kapaċità ta’ organizzazzjoni li twettaq id-diġitalizzazzjoni b’approċċ fit-tul li jassumi r-responsabbiltà u jieħu ħsieb il-protezzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali u tal-ambjent (u eventwalment tibni vantaġġ kompetittiv minn dan).

 

Medju 26-50 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju bikri fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ekoloġika*. Xi drabi, l-aspetti ambjentali jitqiesu fl-għażliet tad-diġitalizzazzjoni. It-teknoloġiji diġitali setgħu bdew jikkontribwixxu għal operazzjonijiet sostenibbli (bħall-operazzjonijiet interni/esterni, il-forniment ta’ servizzi diġitali, ix-xiri u l-akkwist pubbliku eċċ.). Madankollu, it-teknoloġiji diġitali jistgħu jappoġġaw b’mod sostanzjali t-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tniġġis u l-immaniġġar tal-iskart jew jappoġġaw l-użu ottimizzat tar-riżorsi għal operazzjoni ekoloġika u favur l-ambjent u l-forniment ta’ servizzi liċ-ċittadini/lin-negozji. 

Is-soluzzjonijiet diġitali jistgħu jintużaw b’mod aktar attiv biex jitnaqqas b’mod sostanzjali l-impatt tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent. Il-materjali/il-prodotti użati mill-organizzazzjoni jistgħu jkunu traċċabbli. L-enerġija tista’ tinkiseb minn sorsi sostenibbli fuq il-post jew lil hinn minnu. Xi proċessi amministrattivi huma mingħajr karti iżda għadhom mhux kollha.  L-impatti ambjentali fl-għażliet u l-prattiki diġitali jitqiesu parzjalment meta jinxtara tagħmir tal-IT.

*Id-diġitalizzazzjoni ekoloġika tirreferi għall-kapaċità ta’ organizzazzjoni li twettaq id-diġitalizzazzjoni b’approċċ fit-tul li jassumi r-responsabbiltà u jieħu ħsieb il-protezzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali u tal-ambjent (u eventwalment tibni vantaġġ kompetittiv minn dan).

 

Moderatament avvanzat 50-75 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju moderatament avvanzat fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ekoloġika*. L-aspetti ambjentali huma jitqiesu parzjalment fl-għażliet tad-diġitalizzazzjoni. It-teknoloġiji diġitali diġà jistgħu jikkontribwixxu sa ċertu punt għal operazzjonijiet sostenibbli (bħal operazzjonijiet interni/esterni, il-provvista ta’ servizzi diġitali, ix-xiri u l-akkwist pubbliku eċċ.). It-teknoloġiji diġitali jistgħu jappoġġaw it-tnaqqis ġenerali tal-emissjonijiet u tat-tniġġis jew l-immaniġġar tal-iskart sa ċertu punt. Huwa probabbli li t-teknoloġiji diġitali jappoġġaw sa ċertu punt l-użu ottimizzat tar-riżorsi għal operazzjonijiet ekoloġiċi u favur l-ambjent u l-forniment ta’ servizzi liċ-ċittadini/lin-negozji. 

Is-soluzzjonijiet diġitali jikkontribwixxu parzjalment għat-tnaqqis tal-impatt tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent. Il-materjali/prodotti użati mill-organizzazzjoni jistgħu jkunu parzjalment traċċabbli. L-enerġija tista’ tinkiseb minn sorsi sostenibbli fuq il-post jew lil hinn minnu. Il-proċessi amministrattivi huma fil-biċċa l-kbira mingħajr karti. L-impatti ambjentali fl-għażliet u fil-prattiki diġitali jitqiesu meta jinxtara tagħmir tal-IT.

*Id-diġitalizzazzjoni ekoloġika tirreferi għall-kapaċità ta’ organizzazzjoni li twettaq id-diġitalizzazzjoni b’approċċ fit-tul li jassumi r-responsabbiltà u jieħu ħsieb il-protezzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali u tal-ambjent (u eventwalment tibni vantaġġ kompetittiv minn dan).

 

Avvanzat 76-100 %

 

L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku f’dan il-livell ta’ maturità għandhom it-tendenza li jkunu fi stadju pjuttost avvanzat fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni ekoloġika* Aspetti ambjentali huma kkunsidrati fil-maġġoranza tal-għażliet tad-diġitalizzazzjoni – inklużi l-akkwist, il-konsum tal-enerġija u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi. It-teknoloġija diġitali qed tikkontribwixxi għal operazzjonijiet sostenibbli (bħall-operazzjonijiet interni/esterni, il-provvista ta’ servizzi diġitali, ix-xiri u l-akkwist pubbliku eċċ.). Probabbilment, it-teknoloġiji diġitali jappoġġaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tniġġis u l-immaniġġar tal-iskart. It-teknoloġiji diġitali jappoġġaw ukoll l-użu ottimizzat tal-materjali u l-konsenja tas-servizzi liċ-ċittadini/lin-negozji. 

Is-soluzzjonijiet diġitali jintużaw biex jitnaqqas b’mod sostanzjali l-impatt tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent (inkluż it-titjib tal-effiċjenza enerġetika). Il-materjali użati mill-organizzazzjoni huma traċċabbli ħafna anke f’ħin reali. L-enerġija tinkiseb minn sorsi sostenibbli fuq il-post jew lil hinn minnu. Il-proċessi amministrattivi huma kollha mingħajr karti. L-impatt ambjentali huwa integrat mingħajr xkiel fl-għażliet u l-prattiki tad-diġitalizzazzjoni. 

*Id-diġitalizzazzjoni ekoloġika tirreferi għall-kapaċità ta’ organizzazzjoni li twettaq id-diġitalizzazzjoni b’approċċ fit-tul li jassumi r-responsabbiltà u jieħu ħsieb il-protezzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali u tal-ambjent (u eventwalment tibni vantaġġ kompetittiv minn dan).


 

[1] https://ec.europa.eu/isa2/sites/default/files/eif_brochure_final.pdf

[2] https://ec.europa.eu/isa2/sites/default/files/eif_brochure_final.pdf

[3] https://ec.europa.eu/isa2/sites/default/files/eif_brochure_final.pdf

[4] https://ec.europa.eu/isa2/sites/default/files/eif_brochure_final.pdf