Open DMAT Results
Livell ta’ maturità diġitali
Punteġġ skont id-dimensjonijiet
Interpretazzjoni
Grazzi tal-ħin u l-isforz tiegħek biex timla l-kwestjonarju tad-DMA għall-SMEs!
Il-punteġġ medju li ksibt juri li l-organizzazzjoni tiegħek diġà kisbet livell medju ta’ maturità diġitali, madankollu għad hemm lok għal titjib. Tista’ tikseb benefiċċji sinifikanti minn investimenti addizzjonali fit-teknoloġiji u fil-ħiliet diġitali biex ittejjeb l-operazzjonijiet u l-prodotti. L-investimenti kurrenti tiegħek fit-teknoloġiji diġitali jkopru firxa tal-operazzjonijiet kummerċjali ewlenin tiegħek filwaqt li tista’ żżid il-livell ta’ prontezza tiegħek (f’termini ta’ pjanijiet u riżorsi) sabiex takkomoda soluzzjonijiet aktar avvanzati. Inti qed tuża għadd ta’ teknoloġiji aċċessibbli għal kulħadd għall-operazzjonijiet tiegħek filwaqt li tista’ tibbenefika aktar bl-adozzjoni ta’ teknoloġiji aktar avvanzati (jiġifieri Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni, ERP, kummerċ elettroniku, B2B, B2C, B2G, networks soċjali eċċ.) u oħrajn aktar fixkiela (jiġifieri l-IA). Il-persunal tiegħek għandu livell medju ta’ ħiliet diġitali, madankollu sabiex tavvanza fit-trasformazzjoni diġitali tiegħek, tkun teħtieġ taħriġ ippjanat u eżegwit sew tal-persunal, u professjonisti speċjalizzati fl-IT biex jappoġġawk. Il-maniġment u l-persunal għandhom jirċievu l-inkoraġġiment meħtieġ biex jinvolvu u jappoġġaw bis-sħiħ l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda mingħajr biża’ mill-bidliet li din iġġib. Jista’ jkun li diġà għandek ħafna informazzjoni dwar in-negozju f’forma diġitali iżda kieku tibbenefika bil-kbir minn strateġija komprensiva tad-data, inkluża s-sigurtà tad-data. Din tipprovdilek kapaċitajiet akbar għall-analitika tad-data u tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ livell għoli. It-teknoloġiji tal-ICT jistgħu jiġu adottati wkoll biex jgħinu lill-organizzazzjoni tiegħek issir aktar sostenibbli fl-operazzjonijiet tagħha (tnaqqas l-impronta ambjentali tiegħek) filwaqt li tista’ tagħti prijorità lill-għażla ta’ prodotti diġitali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (tagħmir tal-IT).
It-titjib tal-maturità diġitali tad-ditta tiegħek jista’ jżid il-kompetittività tiegħek u jressqek eqreb lejn kompetituri maturi aktar diġitali fis-suq ta’ interess tiegħek. Dan jipprovdilek ukoll vantaġġ kompetittiv fuq kompetituri anqas żviluppati diġitalment.
Dan il-punteġġ huwa kkalkolat bħala medja mill-punteġġi li tkun ksibt fis-sitt dimensjonijiet tal-kwestjonarju tad-DMA sottomess tiegħek: i) Strateġija tan-Negozju Diġitali ii) Prontezza Diġitali iii) Diġitalizzazzjoni Ċċentrata fuq il-Bniedem iv) Ġestjoni tad-Data v) Awtomatizzazzjoni u Intelliġenza u vi) Diġitalizzazzjoni Ekoloġika. Inħeġġuk taqra bir-reqqa l-interpretazzjoni tal-punteġġi ta’ kull waħda mis-sitt dimensjonijiet b’kummenti u b’suġġerimenti rilevanti dwar l-istatus kurrenti tiegħek f’kull waħda minnhom u l-potenzjal mhux esplorat li tista’ tindirizza bl-għajnuna ta’ EDIH.
Dimensjonijiet spjegati
Strateġija tan-Negozju Diġitali
Prontezza Diġitali
Diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem
Ġestjoni tad-
Awtomatizzazzjoni u Intelliġenza
Diġitalizzazzjoni Ekoloġika
Issottomettiet it-tweġibiet
Introduzzjoni
Strateġija tan-Negozju Diġitali
Il-mistoqsijiet ta’ din id-dimensjoni huma maħsuba biex ikopru l-istatus ġenerali ta’ strateġija ta’ diġitalizzazzjoni fl-intrapriża tiegħek minn perspettiva tan-negozju. Huma jistaqsu dwar l-investimenti tal-intrapriża tiegħek fid-diġitalizzazzjoni għal kull qasam tan-negozju (jew imwettqa jew ippjanati) kif ukoll dwar ir-rieda tal-kumpanija li tidħol fi vjaġġ diġitali li jista’ jirrikjedi sforzi organizzattivi u ekonomiċi li għadhom ma humiex previsti.
1. F’liema mill-oqsma tan-negozju li ġejjin l-intrapriża tiegħek diġà investiet fid-diġitalizzazzjoni u f’liema oqsma qed tippjana li tinvesti fil-futur? Jekk jogħġbok agħżel l-għażliet kollha li japplikaw: | Diġà investiet | Qed tippjana li tinvesti |
---|---|---|
Yes | ||
Yes | ||
Yes | ||
Yes | ||
Yes | ||
Yes | ||
Yes |
Prontezza Diġitali
Id-dimensjoni tal-prontezza diġitali tipprovdi valutazzjoni tal-adozzjoni attwali tat-teknoloġiji diġitali (kemm it-teknoloġiji ġenerali kif ukoll dawk aktar avvanzati) li hija valida kemm għall-kumpaniji tal-manifattura kif ukoll għal dawk tas-servizzi.
Diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem
Din id-dimensjoni tħares lejn kif il-persunal huwa kkwalifikat, impenjat u msaħħaħ bit-teknoloġiji diġitali, u kif il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom tjiebu, bil-għan li jiżdiedu l-produttività u l-benesseri tagħhom.
Ġestjoni u Konnessjoni tad-Data
Din id-dimensjoni tkopri kif id-data tinħażen b’mod diġitali, tiġi organizzata fi ħdan l-intrapriża, issir aċċessibbli minn apparat konness (kompjuters, eċċ.) u tiġi sfruttata għal skopijiet ta’ negozju, filwaqt li tingħata attenzjoni lill-iżgurar ta’ protezzjoni suffiċjenti tad-data permezz ta’ skemi taċ-ċibersigurtà.
Awtomatizzazzjoni u Intelliġenza Artifiċjali
Din id-dimensjoni tesplora l-livell ta’ awtomatizzazzjoni u intelliġenza ffaċilitat b’mezzi diġitali li huma inkorporati fil-proċessi tan-negozju.
- L-Ipproċessar tal-Lingwa Naturali inklużi ċ-chatbots, l-estrazzjoni ta’ test, it-traduzzjoni awtomatika, l-analiżi tas-sentiment: Ma tintużax
- Il-viżjoni tal-kompjuter / ir-rikonoxximent tal-immaġni : Ma tintużax
- L-ipproċessar tal-awdjo / ir-rikonoxximent, l-ipproċessar u s-sinteżi tad-diskors: Ma tintużax
- Ir-robotika u l-apparat awtonomu: Ma tintużax
- L-intelliġenza tan-negozju, l-analitika tad-data, is-sistemi ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet, is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni, is-sistemi ta’ kontroll intelliġenti: Tikkunsidra l-użu
Diġitalizzazzjoni ekoloġika
Din id-dimensjoni tkopri l-kapaċità ta’ intrapriża li twettaq id-diġitalizzazzjoni b’approċċ fit-tul li jieħu r-responsabbiltà u jieħu ħsieb il-protezzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali u tal-ambjent (li eventwalment jibni vantaġġ kompetittiv minn dan).